IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN IWIEĠEB GĦAL KUMMENTI TAL-KUNSILL LOKALI TAL-MARSA
IT-TNEJN, 30TA’ AWISSU 2004
Nru. 1346
IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN IWIEĠEB GĦAL KUMMENTI TAL-KUNSILL LOKALI TAL-MARSA
Il-Ministeru tal-Ġustizzja ul-Intern jirreferi għall-kummenti li ta lil sezzjoni ta’ l-istampas-Sindku tal-Marsa fejn ilmenta minn tnaqqis ta’ Lm14,000 mill-fondi allokatilill-Kunsill mill-Gvern Ċentrali. Iċ-ċifra msemmija mis-Sindku tal-Marsa mhuxkorretta. Fil-fatt l-ammont totali li tnaqqas kien ta’ Lm9,164 li minnhomLm1,095 tnaqqsu mill-proġett ta’ l-e-governmentli ma kienx inkluż fl-allokazzjoni mill-Gvern Ċentrali. Dan ifisser lit-tnaqqis reali kien ta’ Lm8,069.
Il-Gverndiġà għamilha ċara li l-aġġustamentfl-allokazzjoni ta’ fondi lill-Kunsilli Lokali jifforma parti minn eżerċizzjutal-Gvern biex jitrażżan id-deficit. Il-Gvern jemmen li d-deficit huwa problema nazzjonali u għalhekk kulħadd għandu jieħu sehemfl-ezerċizzju biex dan jitnaqqas, għall-ġid tal-pajjiż. Biex jiġiminimizzat l-impatt finanzjarju fuq il-Kunsilli, l-aġġustament inqasam billinżammu fondi li l-Kunsilli kienu se jingħataw għal proġetti oħra.
Matulis-sena finanzjarja 2004, il-Kunsill Lokali tal-Marsa kellu dħul addizzjonali ta’ Lm5,105minn sorsi ohra. Ta’ min ifakkar ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Marsa għandu jaħdmu miegħu seba’ ħaddiema, erba’ mit-tarznari utlieta mill-Ministeru tar-Riżorsi, li tagħhom il-Kunsill ma jħallasx ċenteżmu għax il-pagi jħallashom kollha l-Gvern Ċentrali. Din il-paga tlaħħaq għal madwar Lm30,000 fis-sena.Dawn il-ħaddiemaqed jagħmlu xogħol li qabel kienu jitħallsu mill-fondi allokatimill-Gvern Ċentrali lil Kunsill tal-Marsa.
Dan kollu grazzi għall-politika tal-Gvern preżenti li ma tħallix lill-Kunsilli dipendenti biss fuq l-allokazzjoni Statali, iżdatinkoraġġihom u tagħtihom l-għajnuna meħtieġa biex jisfruttawsorsi oħra ta’ dħul finanzjarju.
DOI 30.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en