INIZJATTIVA IMPORTANTI FAVUR L-INDUSTRJA TAL-FILMS F’PAJJIŻNA
Nru. 1343
INIZJATTIVAIMPORTANTI FAVUR L-INDUSTRJA TAL-FILMS F’PAJJIŻNA
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura FrancisZammit Dimech qal li l-ġbid tal-films f’Malta hu settur importanti li qedjikontribwixxi miljuni ta’ liri għall-ekonomija nazzjonali u qed joħloqimpjiegi full-time u part-time għal mijiet ta’ Maltin. Hu qalli dan is-settur hu wkoll mezz ta’ promozzjoni għas-settur turistiku u qedipoġġi lil Malta fuq quddiemnett tal-qasam tal-films tant li “The London Times”iddeskriviet pajjiżna bħala “The Mediterranean’s mini-Hollywood”.
Dr Zammit Demich kien qed iqassam ċertifikati ta’ ‘special abilities’f’korsijiet għal liċenzja ta’ Stunts lilatturi Maltin.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal litul is-snin inħadmu f’Malta 80 film, 35 film li jippromwovu prodotti, 24 filmgħat-televiżjoni u għadd ta’ music videosu dokumentarji. Hu qal li dawn il-films ħolqu madwarhom industrjaimportanti li tagħti xogħol lil ħaddiemata’ diversi snajja’ għall-bini ta’ xenarju u xogħol ieħor relatat ma’ dan is-settur.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal lil-Gvern għaraf l-importanza ta’ dan is-settur. Hu qal li l-Gvern joffriinċentivi fiskali lil kumpanniji barranin tal-films li jiġbdu films f’Malta, ulil kumpanniji tal-films lokali u barranin reġistrati f’Malta li jipproduċu u jqassmu minn Malta feature films, films għat-televiżjoni udokumentarji. Hu qal li TheBusiness Promotion Act pprovda inċentivi fiskali għal kumpanniji f’ċertisetturi inkluża l-industrja tal-films. Kumpanniji Maltin u barranin reġistratif’Malta u li huma involuti fil-produzzjoni ta’ audio visual productions bħalfeature films, programmi ta’promozzjoni jew reklami u dokumentarji jistgħu jibbenefikaw minn struttura fiskali favorevoli.Kumpanniji involuti biss fi produzzjonijiet awdjovisivi jistgħu jibbenefikaw minn inċentiv ta’ taxxaimnaqqsa ta’ 5 fil-mija sal-31 ta’ Diċembru 2008. Il-Ministru Zammit Dimech qal li għal dinl-industrja japplikaw ukoll tax creditsfuq l-investiment li jsir.
…/…
Francis Zammit Dimech qal li fl-aħħar ħames snin inħadmu f’Malta films bħal Gladiator, U-571, The Count of Monte Cristou Troy. Hu qal li għal dawn il-filmskienu meħtieġa biex jaħdmu diversi Maltin u Għawdxin. Hu qal li kien pass għaqli dak ta’ Screen Productions Media Entertainment li jorganizzaw ‘SpecialAbilty Course for Stunts” fejn diversistudenti għamlu kors bl-iskop li jintlaħqu l-livelli mixtieqa .
Il-Ministru Zammit Dimech qal li pajjiżnajrid jikkompeti billi jkollu r-riżorsi umani neċessarji li jitħarrġu ħallijoffru servizz aħjar minn ħaddieħor. Hu qal li biex nikkompetu ridna noffrul-eċċellenza f’kull qasam u dan seta’ jsir biss permezz ta’ korsijiet bħal danorganizzat minn Screen Productions.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kulturairringrazzja lill-kumpannija Screen Productionsgħal din l-inizjattiva u awgura lil dawk li ngħataw iċ-ċertifikat kullsuċċess fil-ħidma tagħhom b’risq l-industrja tal-films f’pajjiżna.
DOI- 27.08.04
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en