Left arrow Go Back

GĦAJNUNA MILL-UE BIEX JITKATTAR IS-SETTUR TURISTIKU

PR1334
Date Icon 26/08/2004

Nru. 1334

GĦAJNUNA MILL-UEBIEX JITKATTAR IS-SETTUR TURISTIKU

Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura Francis Zammit Dimech qal li stħarriġ mill-World Travel &Tourism Council jisħaq li l-potenzjal turistiku fl-Istati Membri ġodda ta’l-Unjoni Ewropea jista’ jitħaffef billi jkun magħruf il-potenzjal li s-setturjoffri biex titkabbar l-ekonomija. Il-Ministru kien qed jindirizza sezzjoni ta’informazzjoni f’Għawdex marbuta ma’ l-Iskema ta’ Għotjiet għas-Settur Turistikub’fondi mill-Gvern u l-UE

Francis ZammitDimech qal li dan l-istħarriġ jsostni li l-Gvernijiet tal-15-il pajjiż membruqabel it-tkabbir, jistgħu jgħinu jilħqu dan il-potenzjalbilli jħaffu u jippromwovu investiment li jibbenefika fi żmien qasir l-10pajjiżi membri ġodda u ’l quddiem l-ekonomija ta’ l-Unjoni Ewropea kollha.

Francis ZammitDimech qal li dan l-istħarriġ jinnota li l-fiduċja tissaħħaħ jekk il-Kunsillta’ l-UE u l-Istati Membri jkollhom politika ċara li tagħti l-ogħla priorita’lill-ivjaġgar u t-turiżmu għall-2005 u l-2006 u fil-qafas finanzjarjugħall-2007-2013 li qed ikun diskuss. Dan ifisser li jkunu vvutati flusgħall-infrastruttua u t-teknoloġija ta’ l-ivjaġġar, fit-taħriġ u biex jitneħħewdawk l-ostakoli kollha għal tkabbir fil-qasam tat-turiżmu u  l-ivvjaġġar fost l-Istati Membri kollha.

Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li dan l-istħarriġ jgħid li l-UE għadha tfassal miraċara li tiżgura li sat-2010 jiżdiedu mill-inqas tlett miljun impjieg fl-oqsmatat-turiżmu u l-ivvjaġġar fil-10 membri ġodda ta’ l-UE b’Malta żżid l-impjiegi b’aktar minn 7,000 – minn 19,478 għal 26,539 utkabbar sehem is-settur għall-Prodott Gross Domestiku minn 443 miljun EURO għal604 miljun  EURO.

Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-pass li qed nagħmlu hu li minbarral-investiment li qed jagħmel il-Gvern u s-settur privat fis-settur turistikukienet imnedija wkoll skema ta’ għotjiet li se jkunu finanzjati bi sħab bejnil-Gvern u l-Unjoni Ewropea. Francis Zammit Dimech qal li din l-iskema setwassal biex is-settur turistiku matul sena u tul is-sentejn ta’ wara sejikkwalifika għal 2.5 miljun EURO ta’ għajnuna li 60 fil-mija minnhom se jkunutaħt forma ta’ għotjiet filwaqt li l-40 fil-mija l-oħra joħroġhom is-setturprivat.

…/…

Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li Għawdex kien destinazzjoni turistika importantigħaliex kien joffri kampanja li ssaħħrek, baħarkaħlani u nadif, monumenti preistoriċi kif ukoll belt imdawwra bis-swar u għaddta’ knejjes monumentali. Hu qal li kien jemmen li operaturi Għawdxin fil-qasamturistiku kienu se jieħdu din l-opportunita’ li l-Unjoni Ewropea flimkienmal-Gvern Malti kienu qed jagħtuhom biex ikomplu jtejjbu l-prodott tagħhom uhekk jattiraw aktar turisti lejn din il-gżira sabiħa.

Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura awgura li anke l-Għawdxin jifhmu li s-settur turistikurridu nħarsuh flimkien għaliex minn dan is-settur mhux biss jiekol kulħadd iżdajikkontribwixxi sehem qawwi għall-Prodott Gross Domestiku u għall-impjiegif’pajjiżna.

DOI  26.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow