Left arrow Go Back

200,000 TURIST JŻURUNA GĦALL-WIRT KULTURALI TA’ PAJJIŻNA

PR1326
Date Icon 25/08/2004

l-erbgĦA: 25 T’AWISSU 2004

NO. 1326

200,000 turist jżurunagħall-wirt kulturali ta’ pajjiżna

Siltiet minn diskors li l-Ministru għat-Turiżmu uKultura Francis Zammit Dimech għamel meta nieda l-proġett Etnika organizzatmill-Etnika Team

Il-Ministru għat-Turiżmuu Kultura Francis Zammit Dimech qal li minn mindu pajjiżna kiseb l-Indipendenza40 sena ilu l-poplu Malti, l-aktar il-ħassieba ta’ pajjiżna, għamlu kull sforzbiex jfittxu dejjem aktar fl-għeruq tagħna, biex joħorġu aħjar l-identita’tal-poplu Malti li tiddistingwieh minn kull poplu ieħor u li lilna, bħalapoplu, tagħmilna Maltin f’pajjiż sovran.

Francis ZammitDimech qal li l-kultura kienet tiġbed l-akbar numru ta’ turisti lejn pajjiżna.Hu qal li kien ikkalkulat li madwar 200,000 turist jżuru pajjiżna biex jieħdul-esperjenza tal-wirt kulturali tagħna, l-istorja millenarja, l-folklorMediterranju u Ewropej magħġun fl-istorja Maltija u d-drawwiet tagħna li jduru madwar il-festital-bliet u l-irħula u t-tradizzjonijiet li ġew mgħoddija minn ġenerazzjonigħall-oħra.

Il-MinistruZammit Dimech qal li l-kultura kienet għodda importanti biex nattiraw lejnpajjiżna turisti li jżuruna għal dik ix-xi ħaġa li ħaddieħor m’għandux iżdakienet aktar importanti biex inkomplu noħorġu l-identita’ tagħna li tridtagħżilna minn nazzjonijiet oħra u ssaħħaħ s-sovranita’ aktar u aktar illum linagħmlu parti minn għaqda ta’ 25 nazzjon – l-Unjoni Ewropea – li hi mibnija fuqid-diversita’ tal-kulturi.

Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-proġett li għal dawn l-aħħar tliet snin niedewl-Etnika fil-fdalijiet tat-Teatru Rjal, fl-Imdina u f’Sant’Iermu, u li dinis-sena se jittella’ fil-Foss tal-Kavallier ta’ San Ġwann, kienu maħsuba bħalavjaġġ fiż-żmien biex jiskopru wirt kulturali u wirt mużikali li ntilef tul iż-żmenijiet.Il-proġetti ta’ l-Etnika ġabru flimkien grupp ta’ nies li ntroduċew strumentili kienu intilfu, melodiji li kienu ntesew, wirt li kien intilef.

Francis ZammitDimech qal li minħabba l-qagħda strateġika ta’ pajjiżna u anke għall-fatt likonna maħkuma minn diversi nazzjonijiet bid-diversi kulturi  tagħhom, il-mużika fokloristika Maltija ligħadha teżisti hi limitata. Hu qal li l-akbar element folkoristiku f’danir-rigward hu l-għana li qed isir kull sforz biex ma tintilifx. Hu qal liEtnika użaw l-għana għal skop ta’ narrazzjoni u utilizzaw fost l-aħjar elementili għandna f’pajjiżna. Hu qal li din is-sena kienu ppreparaw arranġamenti ġoddabażati fuq l-għana. Hu qal li l-Gvern qed igħin billi kull sena jorganizzafestival tal-għana. Iżda dan ma kienx biżżejjed għaliex kull għannej lijintilef u ma jiġix sostitwit hu telfa irreparabbli għall-folklor ta’ pajjiżna.

Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li telf ieħor hu dak ta’ strumenti mużikali li konnanisimgħu jindaqqu anke sa ftit tas-snin ilu u li llum donnhom għebumill-istrumentazzjoni ta’ pajjiżna. Hu qal kien għalhekk li jħossu grat lejnit-team Etnika li qed jagħtu l-ħajja lill-mużika tradizzjonali tagħnabilli jlibbsuha libsa ġdida ta’ kreattivita’ u innovazzjoni. Il-Ministru ZammitDimech qal li matul l-aħħar snin Etnika ntroduċew fil-proġetti tagħhom ir-ram,iż-żaqq u t-tambur.  Hu qal li dinis-sena kienu se jintroduċu l-flejguta.

Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li kien ta’ pjaċir għalih li l-proġett ta’ l-Etnikata’ din is-sena kien se jiġi esegwit fil-Foss tal-Kavallier ta’ San Ġwann,parti mill-fortifikazzjonijiet li nbnew mill-Kavallieri ta’ San Ġwann biexiħarsu l-belt kapitali ta’ pajjiżna, li llum qed jikkontribwixxu biexnipproġettaw Malta bħala esperjenza fil-qasam turistiku. Hu qal li Etnika kienuqed jutilizzaw ukoll is-swar biex jipproġġettaw l-istorja u jirrakkuntawhapermezz ta’ narratur.

Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li Etnika huma ambaxxaturi ta’ pajjiżna billijirrapreżentaw lil Malta f’diversi festivals internazzjonali b’mużikabbażata fuq il-mużika tradizzjonali. Hu qal li Etnika kienu qed jagħtu sehemhombiex isalvaw dan il-wirt tradizzjonali mill-estinzjoni.

Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura appella lill-għalliema biex ikunu huma li jixprunawliż-żgħażagħ tagħna biex jagħrfu jgħożżu l-kultura folkloristika ta’ pajjiżnabiex mhux talli ma tintilifx iżda tingħata l-ħajja. Hu appella biex nkunukburin b’dak kollu li hu tagħna u biex anke noħorġu l-vera identita’ tagħnamat-turisti li jżuruna. 

DOI - 25.08.04

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow