IL-GVERN HU FAVUR LI F’PAJJIŻNA TITWAQQAF FAĊILITA’ BIEX TFEJJAQ U TAGĦTI KENN LILL-ANNIMALI ABBANDUNATI
NO.1318
Il-Gvern hu favur li f’pajjiżna titwaqqaf faċilita’ biextfejjaq u tagħti kenn lill-annimali abbandunati
Il-Gvernirid jirriafferma l-impenn tiegħu sabiex f’pajjiżna jkompli jikber l-għarfienfavur trattament xieraq lill-annimali. F’dan il-kuntest, il-Gvern jemmen lihemm bżonn li jkun eżaminat l-aħjar mod biex f’pajjiżna titwaqqaf faċilita’ lisservi biex tfejjaq u tagħti kenn lill-annimali abbandunati.
Il-Gvernhu lest li jgħin biex din l-inizjattiva tibda topera, iżda hu wkoll importantili l-organizzazzjonijiet kollha involuti f’dan il-qasam jingħaqdu biex ikunżgurat li l-faċilita’ mhux biss titwaqqaf fuq sisien sodi u fil-parametrital-liġi lokali, iżda li tkun ukoll finanzjarjament vijabbli. Aspett ieħor importanti hu li faċilita’ bħaldin titmexxa fuq livelli għolja.
Dinil-pożizzjoni tal-Gvern kienet ukoll imfissra sa’ mill-ewwel jiem ta’ dinil-leġislatura matul il-laqgħat li saru ma’ l-organizzazzjonijiet li jaħdmuf’dan is-settur. L-impenn tal-Gvern favur ħarsien u trattament aħjarlill-annimali ilu jkun enfasizzat u xhieda ta’ dan kien it-twaqqif ta’ l-ewwelKunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali (Animal Welfare Council). Danil-Kunsill jinkludi fih rappreżentanti ta’ għaqdiet minn diversi setturitas-soċjeta’ li b’xi mod għandhom x’jaqsmu mat-trattament ta’ l-annimali sabiexikun hemm ferm aktar ko-ordinazzjoni bejn dawn l-għaqdiet.
F’danil-kuntest, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ser jitlobformalment lill-Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali biex jiddiskuti ujħejji pożizzjoni uffiċjali dwar it-twaqqif ta’ faċilita’ għall-ħarsien ta’l-annimali. Il-Kunsill ser jintalabukoll iħejji abbozz ta’ regolamenti li fuqhom topera din il-faċilita’.
Il-Gvernirid jirringrazzja lin-numru dejjem akbar ta’ voluntiera li qed jiddedikaw tantħin u enerġija favur ħarsien akbar għall-annimali tagħna. Bħalmagħamel fix-xhur li għaddew, il-Gvern se jkompli jagħti importanza lill-aspettedukattiv u dan b’kampanji ta’ informazzjoni fil-mezzi tax-xandir, inkluż spots edukattivi.
Il-Gvern irid itenni li jinħtieġ l-impenn ta’kulħadd biex f’pajjiżna ngħollu l-livell ta’ trattament għall-annimali.
DOI – 23.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en