Left arrow Go Back

KONFERMA TAL-VOKAZZJONI MARITTIMA TA’ MALTA

PR1306
Date Icon 18/08/2004

Nru. 1306

Konferma tal-vokazzjonimarittima ta’ Malta

Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li d-destin ta’ pajjiżna kienminn dejjem marbut mal-qagħda strateġika ta’ Malta f’nofs il-baħar Mediterran.Din il-qagħda sawwret il-politika u l-ekonomija ta’ pajjiżna u wasslitna biexinsiru nazzjon Indipendenti. Il-Ministru kien qed jitkellem f’egħluq ta’attivita` għal ibħra iktar indaf, li saret fil-Bajja ta’ Marsascala.

Francis Zammit Dimechqal li l-qagħda strateġika ta’ pajjiżna, gżira f’nofs ta’ baħar, wassletlill-Unjoni Ewropea biex tikkonċedi li Malta jkollha zona ta’ konservazzjonigħas-sajd ta’ 25 mil madwarha. Wasslet biex is-sajjieda Maltin jikkwalifikawgħal għajnuna mill-UE biex jimmodernizzaw il-flotot tagħhom tas-sajd, biex ikunhemm għajnuna għal titjib fil-faċilitajiet tal-portijiet u l-pixkerija, biexil-lampuka tkun inkluża fil-lista ta’ ħut għall-organizzazzjoni ta’ suq komuni.Francis Zammit Dimech qal li l-vokazzjoni marittima ta’ pajjiżna kienetkonfermata bil-ħatra ta’ Dr. Joe Borg bħala Kummissarju tas-Sajd u l-AffarijietMarittimi ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-Ministrugħat-Turiżmu  u Kultura qal li l-ibħramadwarna huma sors ta’ attivita’ ekonomika għal pajjiżna. Hu qal li l-portijietta’ Malta wasslu biex illum għandna wieħed mill-aktar freeports attivifil-Mediterran, biex bnejna yacht marinas, biex żviluppajna t-tiswijatal-vapuri u yachts, biex Malta għandha wieħed mill-akbar reġistrimarittimi tad-dinja.

Il-Ministru FrancisZammit Dimech qal li l-ibħra madwarna kienu l-ewwel xintilla biex pajjiżnadaħal fis-settur turistiku meta t-turisti kienu jiġu pajjiżna għall-baħar,ir-ramel u x-xemx. Anke jekk illum dawn it-tlett ingredjenti m’għadhomx jiġbdudaqshekk turisti lejn pajjiżna minħabba li hawn madwarna xtajtiet ferm akbarminn tagħna, xorta l-baħar għadu ingredjent importanti għas-settur turistiku.Malta għandha niċċa importanti fil-qasam tad-diving, fis-settur tal-cruiseliners u fil-yachting.

Francis Zammit Dimechqal li biex inżommu din  l-attivita’ unkabbruha jeħtiġilna nħarsu l-ibħra madwarna billi nżommuhom indaf minn kullskart. Hu

.../...

qal li kien għal danl-iskop li l-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura kellu żewġ taqsimiet, waħdagħat-tindif tax-xtut u l-oħra biex tħares kontra tniġġiż fil-baħar. Hu qal lil-attivitajiet li kienu jsiru biex jitnaddaf qiegħ il-baħar hu ta’ minjinkoraġġihom sew minħabba li dawn iwasslu biex jittella’ minn qiegħ il-baħarkull tip ta’ skart u anke biex inkomplu nagħmlu lill-poplu aktar konxjumill-fatt li m’għandu jitfa’ xejn fil-baħar li jagħmel ħsara lill-flora ul-fauna li jista’anke jwassal għal inċidenti.

Il-Ministru għat-Turiżmuu Kultura appella lil kulħadd biex iżomm ix-xtajtiet ta’ pajjiżna u l-ibħramadwarna indaf. Hu qal li kemm aħna poplu nadif ma jitkejjilx minn kemm inżommudjarna indaf iżda minn kemm inżommu nadif mill-għatba ta’ djarna ’l barra.

DOI - 18.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow