RIŻULTAT TAJJEB GĦAL MALTA
PR1304
18/08/2004
Nru. 1304
RIŻULTAT TAJJEB GĦAL MALTA
Il-Ministru LouisGalea, kif ġie nfurmat bir-riżultat tal-kompetizzjoni finali fl-Olimpijaditad-‘Double Trap’ ta’ l-irġiel, lifiha William Chetcuti kiseb id-disa’ post minn 25 tiratur internazzjonali,mill-ewwel kellem bit-telefon lill-kompetitur Malti u feraħlu tar-riżultat sabiħli kiseb għal dan l-isport u għal Malta.
Il-Ministru qalli l-poplu japprezza l-isforzi tiegħu biex kiseb dan ir-riżultat li fl-età żgħiratiegħu ta’ 18-il sena hu awgurju għal riżultati aħjar f’kompetizzjonijiet oħrainternazzjonali.
Il-Ministru Galeakellem ukoll lill-president tal-Kumitat Olimpiku Malti l-ImħallefLino Farrugia Sacco kif ukoll lis-Sur Salvu Portelli, presidenttal-Federazzjoni Maltija ta’ l-iSparar.
DOI 18.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en