Left arrow Go Back

PJAN FAVUR IX-XOGĦOL: FLIMKIEN NOĦOLQU L-IMPJIEGI

PR1295
Date Icon 14/08/2004

IS-SIBT: 14 T’ AWISSU, 2004

Nru.1295

PJANFAVUR IX-XOGĦOL: FLIMKIEN NOĦOLQU L-IMPJIEGI

L-EwwelPjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Impjiegi

L-abbozz ta’l-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Impiegi jipproponi 55 miżura li jridujitwettqu fil-perjodu ta’ żmien bejn l-2005 u 2010. Dawn il-miżuri jinkludutletin proġett għall-valur ta’ ’l fuq minn tnax-il (12) miljun Ewro approvatimill-Fond Soċjali Ewropew.

Barra min dan,hemm żewħ miljun u tliet mitt elf (2.3 miljun) Ewro oħra mill-Fond Europew għall-IżviluppReġjonali li ser jintefqu fi proġetti kapitali indirizzati lejn nies qiegħda uistituzzjonijiet ta’ taħrig.

Il-Pjan għandutliet miri prinċipali fit-tul:

    Dan ħabbrul-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta dalgħodu pprezenta l-ewwel Pjan ta’ AzzjoniNazzjonali għall-Impiegi. Il-Prim Ministru spjega li dan l-eżercizzju ser jibdajsir kull sena fil-kuntest ta’ l-iStrategija Ewropea għall-Impiegi bl-iskop lijintlaħqu l-miri maqbula fl-Agenda ta’ Lisbona fis-sena 2000, iġifieri, lisas-sena 2010 l-ekonomija Ewropea tkun waħda b’saħħitha u sostenibblifil-pajjiżi membri kollha.

    Il-Pjan inħademminn grupp ta’ uffiċjali għolja u esperti mmexxija mill-Ministru Louis Galeab’konsultazzjoni mifruxa fost dipartimenti u aġenziji tal-Gvern, oqsmadifferenti tas-settur privat u rappreżentanti ta’ Min Iħaddem u Unjons.

    Minbarral-konsultazzjoni li diga` saret, il-Prim Ministru qal li l-Gvern issa serjagħti żmien sa’ l-24 ta’ Settembru biex kull min hu interessat jibgħatil-kummenti u s-suġġerimenti tiegħu. Parti ewlenija minn din il-konsultazzjoni ser issir fi hdan il-KunsillMalti ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku, fejn il-Kunsill ser ikollul-opportunita jiddiskuti fid-dettal il-Pjan ta’ Azzjoni flimkien mal-MinistruLouis Galea u n-nies teknici li hadmu fuq dan ir-rapport.

    Wara l-eghluqtal-konsultazzjoni u wara li l-Gvern ikun ha konsiderazzjoni tal-kummenti usuggerimenti li johorgu f’dan il-process, id-dokument finali ser jintbagħatlill-Kummissjoni

    Ewropea u serjiġi diskuss fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali fil-Parlament hekkkif dan jerġa` jiltaqa` wara s-Sajf.

    “Il-Gvern hu determinatli flimkien ma’ l-imsieħba soċjali u s-soċjeta` ċivili kollha jagħti s-sehemkollu tiegħu biex jixpruna l-ekonomija fuq kull front. Jien fiducjuz li hekkkif il-poplu Malti u Għawdxi sarraf l-Indipendenza fl-aqwa kwalita` tal-ħajjali qatt ra pajjiżna fl-istorja tiegħu, hekk ukoll issa ser jagħmel success kbirmis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea. L-abbozz tal-Pjan hu biss ħolqa ohra fl-istrategija tal-Gvern li jrid libi sforz kollettiv nibdlu l-mod ta’ kif nahdmu f’kull settur biex il-poplu tagħnajkollu l-aqwa prosperita` li jgħixha f’ambjent ta’ kwalita`, ġustizzja soċjali,u ta’ sigurta’,” sostna il-Prim Ministru Lawrence Gonzi.

    Il-propostital-Pjan ikopru lil kulħadd – lil Min Iħaddem, ħaddiema, dawk li qed ifittxux-xogħol, u s-setturi kollha ta’ l-ekonomija li jridu suq tax-xogħol aktarproduttiv u effiċjenti, b’ħaddiema preparati u li jridu jaħdmu b’mentalita` ukultura ġdida kif titlob id-dinja tax-xoghol kompettitiva li qed ngħixu fihallum.

    Il-Pjan fihinnifsu mhux bakketta maġika li ser toħloq l-impiegi. L-iskop tal-Pjan hu lijwettaq sensiela ta’ azzjonijiet, miżuri, u programmi konkreti, fi zmiendeterminat li permezz tagħhom ninkoragixxu ż-żieda ta’ nies li jaħdmufl-ekonomija Maltija. Biex dan jitwettaq hemm bżonn ta’ ko-operazzjonital-operaturi ekonomiċi u soċjali kollha.

    Id-dokumenttal-Pjan, li qed jiġi pubblikat għall-konsultazzjoni pubblika, l-ewwelnettjagħti stampa globali ta’ l-istat tas-suq tax-xogħol f’pajjiżna llum. Imbaghadjgħaddi biex jindika sitt elementi strateġiċi li huma ndikati bħala meħtiegagħas-snin 2005 sal-2010. Dawn huma :

      Il-PjanNazzjonali jinseġ dawn is-sitt elementi fil-qafas ta’ għaxar linji gwida billigħal kull linja gwida, l-ewwel jagħmel analiżi kritika tas-sitwazzjoni sostnutaminn statistika dettaljata u aġġornata sal-2003, u wara jindika sensiela ta’miżuri konkreti li qed iseħħu jew li qed jiġu proposti għas-sena 2005.Il-progress li mistenni jirriżulta skond l-indikaturi tal-lum u t-twettiqtal-mizuri indikati s’issa huma miġbura f’din it-tabella:

      L-għaxar LinjiGwida li fuqhom il-Pjan hu mibni huma :

        Il-Pjan ta’Azzjoni Nazzjonali għall-Impiegi hu mod ġdid ta’ ppjanar permezz ta’koordinament organizzat f’qafas nazzjonali u Ewropew għal aktar impiegi uimpiegi aħjar. Dan hu proċess li jrid isir kull sena b’sistema ta’ riċerka,konsultazzjoni, verifikar, u evalwazzjoni. Il-proċess hu wieħed ċikliku lijibda b’evalwazzjoni kritika mill-Kummissjoni Ewropea wara li kull pajjiżmembru jissottometti l-pjan tiegħu fil-Ħarifa; b’rakkomandazzjonijiet aġġornatifir-Rebbiegħa mill-Kunsill Ewropew wara ir-Rapport Konġunt Annwali dwarl-Impiegi, segwit mit-tħejjija tal-Pjan Nazzjonali għas-sena li jkun imiss.

        Id-dokumetijista’ jinkiseb mill-websitetal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol (www.education.gov.mt) jew minn diktal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (www.etc.org.mt).Kummenti u suġġerimenti għandhom ikunu ndirizzati lill-Ministru għall-Edukazzjoni,Żgħażagħ u Sport, c/o Taqsima Riċerka u Żvilupp, ETC, Hal Far, b’e-mail fuq: nap@etc.org.mt jew Fax numru 22201803.

         DOI –14.08.2004

        Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

        Other Press Releases:

        STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

        PR261943

        STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

        PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

        PR261942en

        PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

        More Press Releases Right arrow