DISKORS TA’ L-EGHLUQ MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI RESPONSABBLI MILL-BIEDJA U S-SAJD, DR. FRANCIS AGIUS, WAQT SEMINAR DWAR IL-PJAN GHALL-IZVILUPP RURALI (RDP) - SALINA – 13 AWISSU 2004
NO.1292
Diskorsta’ l-eghluq mis-Segretarju Parlamentari responsabBli mill-Biedja u s-Sajd, Dr.Francis Agius, waqt seminar dwar il-pjan ghall-izvilupp Rurali (RDP) - salina – 13 awissu 2004
Sinjuri,
Nirringrazzjakomkollha talli pparteċipajtu f’din il-laqgħa ta’ bdil ta’ ideat b’informazzjoni uideat mad-delegazzjoni minn Direttorat Generali ghall-Agrikolturamill-Kummissjoni Ewropea minn Brussell. L-iskop ta’ din il-mawra huwa partiminn bosta spezzjonijiet li qed isiru ma’ pajjiżi li għadhom kif issieħbu ma’l-Unjoni Ewropea biex jieħdu nota tal-progress li qed isir fit-twettieq ta’miżuri sabiex jgħinu lis-settur agrikolu u fl-istess ħin jieħdu l-opinjoni ta’l-għaqdiet u organizzazzjonijiet li għandhom l-akbar interess f’dan is-settur (major stakeholders) dwar kif sejrinl-affarijiet u l-andament fis-settur.
Barraminn dan twettqu bosta żjarat mill-awtoritajiet kemm f’Malta u kif ukollf’Għawdex. Relevanti wkoll huwa li sarubosta żjarat lill-bdiewa f’siti partikolari biex hekk ikunu jistgħu mhux biss jaraw, immajitkellmu wkoll ma’ dawk li ser iwettqu proġetti ta’ qabel is-sħubija, u kifukoll oħrajn li għandhom l-art tagħhom li tikkwalifika għall-għajnunietagro-ambjentali. Dan tahom ukoll iċ-ċans li jaraw u jifhmu l-kundizzjonijiet lijopera fihom il-bidwi Malti. Fil-fattMalta rnexxielha takkwista l-għola rati ta’ għajnuna għall-bini ta’ Ħitantas-Sejjieħ u għall-konservazzjoni ta’ speċi awtoktoni – il-gendus Malti. Dan jirrifletti l-ħidma serja tal-Ministeru ud-Dipartimenti tiegħu biex jinkisbu l-iktar għajnuniet possibli lill-bdiewa ulir-raħħala Maltin.
Fl-inawgurazzjonita’ din il-laqgħa rajna lill-Ministru Pullicino iħabbar żewġ miżuri ta’ għajnuna ġodda għall-bdiewa li jistgħu jroddu total ta’ 7 MiljunEwro f’investiment fis-settur agrikolu. Fi żmien qasir mistennija jitħabbru żewġ miżuri oħraspeċifikament għar-raħħala. B’hekk inkunu qed noqorbuaktar lejn l-għan ippjanat skond il-Pjan ta’ l-Iżvilupp Rurali kif ukoll is-Single Programming Document għaż-żewġmiżuri ta’ llum, li fis-sentejn u nofs li ġejjin ser iqassmu madwar 40 MiljunEwro lill-bdiewa u raħħala Maltin.
Dinhija opportunità unika pprovduta wkoll permezz tad-Dipartiment ta’ l-IżviluppRurali fejn qatt ma kien hemm somma tant kbira pprovduta biex jittejjeb is-setturagrikolu. U hawn qed nitkellem fuqmiżuri ta’ Żvilupp Rurali biss għax hemm oħrajn.
Għalhekkwaqt li nirrikonoxxi li jista’ jkun hemm ċertu diffikultajiet biex il-bdiewa ur-raħħala jwettqu l-obbligi sabiex jimxu skond il-ħtiġijiet tal-miżuri, marridux ninsew li din hija opportunità unika, u jekk dawn il-flus ma jsiruxspekulazzjonijiet għalihom, jiġu rritornati minn fejn ġew. Għalhekk issa iktar minn qatt qabel hemmbżonn minn issa li d-differenzi u l-piki jispiċċaw u niġbdu ħabel wieħed fl-interessta’ kulħadd.
DOI– 13.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en