L-UNJONI EWROPEA APPROVAT MIŻURI TA’ KONSERVAZZJONI RELATATI GĦALL-IBHRA TA’ MADWAR MALTA
NO. 1288
L-Unjoni Ewropea approvat MiŻurita’ Konservazzjoni relatati għall-ibhra ta’ madwar Malta
“Malta, flimkien magżejjer oħra fil-Mediterran,ilna nistadu għall-lampuki ħafna snin, fil-fatt huwa zgur li ilna mmexxu s-sajdtal-lampuki organizzat skond regolament sa mill-1932”. Dan qalu l-Ministrugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt ċerimonja tat-tberiktar-rimjiet tal-lampuki li saret f’Marsaxlokk.
Il-qbid ta’ danis-sajd li huwa staġunali u dejjem jokkorri bejn Santa Marija u l-aħħar sena jidher li huwa kostanti. Il-qbid totali fil-Mediterran kollu minn senagħal oħra baqa’ kwazi dejjem l-istess, madwar 1,000 tunnellata,li minnu s-sajjieda Maltin u Ghawdxin, jaqbdu bejn 330 u 500 tunnellata.
Jidher li l-qbidtal-lampuki hija kultura tal-gzejjer taċ-ċentru tal-Mediterran aktar minntal-pajjizi u għalhekk, għalkemm insibu s-sajjieda tal-lampuki fil-gżejjerBaljarici (Spanjoli), Sqallija u Ischia (Taljani) ma nsibux sajjiedatal-lampuki fi Spanja u l-Italja.
Il-Ministru Pullicinoqal li l-Gvern għaraf l-importanzatas-sajd tal-lampuki, li dan iwassal l-art madwar terz tal-valur tal-qbid tal-ħut totali ta’ Malta.
Minħabba din l-importanza, is-sajd tal-Lampuki kien wieħed mill-affarijiet li kienu negozjati ma’ l-UE, u illumhuwa inkluz fir-Regolament 813/2004 li ħareg fis-26 t’April ta’ din is-sena, li jitratta Miżurita’ Konservazzjoni Relatati għall-ibhra ta’ madwar Malta. Danifisser li anke l-Unjoni Ewropea għarfet l-importanza ta’ dan is-sajd.
DOI - 12.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en