EŻERĊIZZJU TA’ VERIFIKAZZJONI TAL-BEJJIEGĦA TAS-SWIEQ
NO. 1284
Eżerċizzjuta’ verifikazzjoni tal-bejjiegħa tas-swieq
Fil-ġimgħat li għaddew, sareżerċizzju ta’ verifikazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-bejjiegħa tas-swieqmill-Kunsilli Lokali tan-Naxxar, Hal Qormi, Żejtun, Birżebbuġia, Attard, Paolau Sliema.
Infatti dawn il-KunsilliLokali issa qed iħejju l-aħħar lista tal-bejjiegħa kif ivverifikata minnhombiex tiġi ppubblikata mill-ġdid fil-Gazzetta tal-Gvern u hekk il-bejjiegħa kifmagħrufa minn dawn il-Kunsilli Lokali, ser ikunu l-bejjiegħa li skondil-liġi, se jkunu awtorizzati mill-Kunsilli Lokali biex jarmaw fl-ibliet ul-irhula rispettivi taghhom.
Għalhekk dawk il-bejjiegħali għadhom ma wettqux dan l-eżerċizzju, ghandhom imorru għand il-Kunsill Lokali u jirreġistrawfil-Kunsill Lokali tal-Komunita’ fejn jarmaw il-posta tagħhom f’dak is-suqspeċifiku. Jekk ma jagħmlux dan l-eżerċizzju ta’ verifikazzjoni, jistgħujitneħħew mill-lista kif ġiet pubblikata fil-gazzetta tal-Gvern oriġinarjament.
Ta’min isemmi wkoll li skond il-liġi, il-bejjiegħa tas-swieq, minkejja li jkollhomil-liċenzja maħruġa, ma jistgħux jarmaw f’suq jekk ma jkollomxl-awtorizzazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Komunita’ fejn jarma s-suq. Għalhekk bejjiegħ bil-liċenzja mħallsa jridl-ewwel jinkiteb fuq il-waiting listtal-bejjiegħa li jkunu jridu jarmaw fis-suqtal-lokal.
Fil-ġranet li ġejjin serjibda wkoll eżerċizzju ta’ verifikazzjoni fil-Kunsilli Lokali tar-Rabat, Birguu Bormla. Dawk li qed jarmaw fis-suqtal-Birgu u Bormla ser ikunu avżati mill-Kunsilli Lokali tal-Birgu jew Bormla umitluba jirreġistraw il-preżenza tagħhom f’dan is-suq. L-istess ser isir ghaldawk li jarmaw nhar ta’ Ħadd fis-suq tar-Rabat li ser ikunu mitlubajirreġistraw fil-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Dan l-eżerċizzju huwamistenni li jkun konkluż sa l-aħħar ta’ Settembru. Sadanittant ta’ min ifakkar li l-Kunsillidiġa’ għandhom ir-responsabbilita’ sħiħa biex jimmaniġjaw is-swieq u jaraw lima jiżdiedx in-numru tal-bejjiegħa ma’ dawk li diġa’ huma irreġistrati u liisimhom deher fil-Gazzetta tal-Gvern.
Dan l-eżerċizzju wassal biexfis-suq ta’ Ħal Qormi biss ġew reġistrati 205 bejjiegħ filwaqt li f’Birkirkaranhar t’Erbgħa ġew reġistrati 184 bejjiegħ, u nhar ta’ Ġimgħa 174. Għalhekk, jekk naghtu daqqa t’ghajn lejn kemmhemm bejjiegħa f’dawn is-swieq insibu li:
Fiż-Żejtun - 91bejjiegħ.
F’Birżebbuġia -35 bejjegħ.
F’Ta’ Qali - 215bejjiegħ.
Fin-Naxxar - 20bejjegħ
F’Raħal il-Ġdid -l-Erbgha: 20, il-Hamis:15, il-Gimgha:29, is-Sibt:43 bejjegħ
F’Ta’ Sliemal-Erbgha - 5, il-Gimgha - 7 bejjegħa
F’Ħal Qormi - 205 bejjegħ
Fir-Rabat - 94bejjegħ
Fil-Birgu - 285bejjegħ
Dan l-eżerċizzju għandubħala għanijiet principali:
1) li s-swieq ma jibqgħux jikbru
2) li dawk il-bejjiegħa liissa huma irreġistrati għandhom moħħhom mistrieħ li posthom fis-suq huwaassigurat. U għalhekk dan l-eżerċizzjuqed iwassal biex is-swieq ikunu posti li joħolqu mpjiegi fissi .
3) kull suq ikun organizzataħjar u kemm il-bejjiegħa kif ukoll il-konsumaturi jkunu aktar imħarsa
4) titnaqqas kemm jista’jkun l-inkonvenjent għall-ġirien.
Issa l-aġenda tal-KunsilliLokali li temmew l-eżerċizzju tal-verifikazzjoni tal-bejjiegħa ser tkun biexjorganizzaw il-kumitati tal-bejjiegħa, skond kif kull Kunsill Lokali jaral-ħtieġa, kif ukoll tkun ikkordinata ħidma biex jitnaqqas l-iskart li jħalluwarajhom il-bejjiegħa. F’dan ir-rigward,diġa’ għandna Kunsilli Lokali li jistgħu ikunu ta’ eżempju għal ohrajn, bħal mahuma l-Kunsill Lokali taż-Żejtun u tan-Naxxar.
Nawgura li din il-ħidmatkompli tgħin lill-Kunsilli Lokali jaslu għas-suċċess tal-ħidma tagħhom.
DOI – 11.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en