Left arrow Go Back

JILTAQA’ GĦALL-EWWEL DARBA IL-BORD DWAR IS-SAJD 2003 – 2006

PR128
Date Icon 04/02/2004

Saret l-ewwel laqgħa tal-Bord dwar is-Sajd għall-perjodu 2003 – 2006.  F’dan il-Bord hemm rappreżentanza wiesgha tal-partijiet kollha involuti fl-industrija tas-sajd f’pajjiżna.

Il-Bord, li hu mmexxi mid-Direttur Ġenerali tas-Sajd Dr. Anthony Gruppetta, jinkludi fih rappreżentanza tas-sajjieda professjonali u dilettanti, persuni nvoluti fl-Akwakultura, pitkala u l-bejjiegħa tal-ħut, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), il-Forzi Armati ta’ Malta u mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.  

F’messaġġ li ghamel f’din l-ewwel laqgħa tal-Bord il-ġdid, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor.  George Pullicino elenka  tlett prioritajiet li l-Bord irid jaħdem fuqhom matul it-tlett snin li ġejjin.  

Il-Ministru Pullicino qal li priorita’ assoluta trid tingħata lit-tfassil u l-ħruġ tal-leġislazzjoni sussidjarja marbuta mas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. It-tieni priorita’ għal dan il-Bord għandha tkun id-diskussjoni dwar kif l-industrija tas-sajd sejra tieħu  l-opportunitajiet ġodda permezz tal-programmi tal-UE. F’dan il-kuntest il-Ministru tkellem dwar l-importanza li jitwaqqfu Għaqdiet tal-Produtturi li għandhom iwasslu biex jassiguraw li s-sajjieda jibbenefikaw aktar mill-għajnuna li hemm maħsuba għalihom mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.  

George Pullicino qal li l-Bord dwar is-Sajd għandu wkoll jistinka biex iressaq l-industrija tas-Sajd f’pajjiżna ferm aktar lejn il-komunita’.  Dan jista’ jsir permezz ta’ attivitajiet popolari, bħalma huma festi ta’ ħut bħalma jsir f’pajjiżi oħra.  

Il-Ministru George Pullicino temm billi rringrazzja lill-membri kollha li aċċettaw li jservu fuq il-Bord dwar is-Sajd u awguralhom kull suċċess fil-ħidma tagħhom.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow