Left arrow Go Back

L-ANZJANI SE JGAWDU MINN SERVIZZ AĦJAR TAT-TELECARE

PR1274
Date Icon 09/08/2004

NO.1274

L-Anzjani se jgawdu minnservizz aħjar tat-Telecare

L-Onor. LouisDeguara, Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kurafil-Komunità, flimkien ma’ l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjaniu l-Kura fil-Komunità, kienu preżenti għall-iffirmar ta’ftehim ġdid bejn il-Gvern u l-Maltacom plc., dwar is-servizz tat-Telecare,ftehim li jkopri l-perjodu ta’ bejn Settembru 2004 u Awissu 2009.

Il-ftehim ġieffirmat minn Dr. Ray Busuttil, Direttur Ġenerali fil-Ministeru tas-Saħħa,l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità għan-nom tal-Gvern u s-SurSonny Portelli, Chairman tal-Maltacom. Biex sar dan il-ftehim kellu sehem ukolll-Onor. Austin Gatt, Ministru għall-Investiment, Industija u Teknoloġija ta’l-Informazzjoni li ma kienx preżenti minħabba li kien indispost.

B’dan il-ftehimil-Maltacom qegħda tintrabat li tissussidja dan is-servizz lill-10,000 anzjan uanzjana; 1,000 iżjed mill-ftehim ta’qabel. Dawk kollha f’din l-iskema jħallsu biss Lm1 fix-xahar.

Dan is-servizzbeda fl-1991 u bħalissa hemm 8,863 anzjan u anzjana li qegħdin igawdumis-servizz tat-Telecare.  Hemm ukoll 97applikazzjoni pendenti għal dan is-servizz. Is-servizz tat-Telecare għandu l-Call Centre tiegħu f’Santa Venera fejnhu mmexxi minn impjegati tad-Dipartiment ta’ l-Anzjani.  Dan is-servizz huwa ferm popolari u jagħtiċerta sigurtà lill-anzjani għax iħossuhom il-ħin kollu f’kuntatt ma’ xi ħaddfl-eventwalità ta’ xi inċident jew każi ta’ urġenza.  Kuljum il-CallCentre jircievi medja ta’ bejn 250-400 sejħa li minnhom ikun hemm numru żgħirta’ talbiet li jkunu jinħtieġu interventi urġenti.

Bis-saħħata’ dan il-ftehim il-Maltacom intrabtet li tistalla sistema u apparat aktarmodern biex tissostitwixxi dak tal-lum li issa ilu jaħdem għal tlettaxil-sena.  Din it-teknoloġija għandha mhuxbiss ittejjeb is-servizz imma wkoll tagħmilha aktar faċli lill-impjegati biexjamministraw dan is-servizz li jitlob dedikazzjoni u mħabba lejn l-anzjani.

EventwalmentMaltacom bi ħsiebhom joffru dan is-servizz għaldawk kollha li m’humiex eliġibbli għar-ratisussidjati, kif ukoll jipprovdu numru ta’ faċilitajiet oħraabbinati mas-servizz tat-Telecare bħal fire alarm, intruder alarms u motiondetectors fost oħrajn.

DOI - 09.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow