SINJALI ĊARI TA’ EKONOMIJA LI QED TIRPILJA
IS-SIBT 7 TA’AWISSU, 2004
Nru. 1271
Sinjali ċari ta’ekonomija li qed tirpilja
Jeżistu sinjali ċari li l-ekonomija Maltija qedtirpilja u li l-Maltin u l-Għawdxin għandhom kunfidenza fis-suq. Dan kienil-messaġġ prinċipali tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta llum f’Kastiljaindirizza lill-ġuranalisti waqt il-laqgħa tiegħu ta’ kull xahar mal-media.
Il-Prim Minsitru ta’ ċ-ċifri tax-xejriet pożittivifl-ekonomija li huma konferma li l-politika tal-Gvern qed tirrendi riżultatipożittivi.
o Fost l-aktar importanti huwal-fatt li l-investiment barrani f’Malta matul l-ewwel tlett xhur ta’ dinis-sena żdied b’19-il Miljun metamqabbel ma’ l-ewwel tlett xhur tas-sena l-oħra;
o Fl-istess waqt bejn Jannar uĠunju ta’ din is-sena ġiet registrata żieda ta’ 23% fin-numru ta’ negozji ġoddameta mqabbla ma’ l-istess perjodu s-sena l-oħra u 21.5% fir-registrazzjoni ta’kumpaniji ġodda;
o Meta ta’ ħarsa lejn il-qasamtal-investiment u l-manifattura, l-Prim Ministru elenka wkoll ix-xejrietpożittivi li qed jesperjenza dan il-qasam. Fl-istess waqt rajna żieda ta’ 3.2%fit-turnover tal-manifattura, filwaqtli dan is-settur żied l-investiment tiegħu b’aktar minn 65%. It-turnoverindustijali f’Mejju ta’ din is-sena kien 7.8% aktar minn Mejju tas-sena l-oħra.
o Fis-settur tas-servizzif’Marzu ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 8.5% fix-xiri tal-karozzi; żiedata’ 16.2% fil-qasam tal-wholesale użieda ta’ 4.8% fil-qasam tar-retailmeta mqabbla ma’ l-istess perjodi tas-sena l-oħra;
Dawn ix-xejriet ikomplu jiġu kkonfermati mill-istatistikadwar il-konsum:
o Bejn Ġunju ta’ din is-sena udak tas-sena l-oħra, l-Maltin ġemmgħu aktar għaliex id-depożiti fil-banekżdiedu b’9.5 %. Interessanti wieħed jinnota wkoll li matul din is-sena n-numruta’ Maltin li vjaġġaw barra minn Malta bl-ajru żdiedu b’27.4% filwaqt lil-ammont ta’ Maltin li marru fuq vaganza cruise żdiedu b’25% meta mqabblamas-sena l-oħra;
o Kien hemm wkoll tnaqqisf’dak li jissejjaħ it-trade gap,peress li l-importazzjoni ta’ prodotti għall-manifattura u l-konsum naqsu b’1.5%filwaqt li l-esportazzjoni espandiet b’3.5%;
o Fil-qasam tal-impjiegi hemmwkoll xejriet pożittivi fejn minn Frar sa’ Gunju ġie reġistrat tnaqqiskonsistenti fin-numru ta’ persuni li qed jirreġistraw taħt l-ewwel partitar-reġistru mal-ETC;
o Filwaqt li l-inflazzjonif’Ġunju għoliet xi ftit meta mqabbla ma’ Ġunju tas-sena l-oħra (+0.78%) ġietreġistrata żieda ta’ 2.3% fid-dħul medju tal-ħaddiema. Żdied wkoll bi 3.4%il-flus fl-idejn. Dan ifisser li l-għoli tal-ħajja kien anqas miż-żiedafid-dħul medju tal-familji Maltin. L-istatistika turi biċ-ċar li dan il-fatturgħen mhux ftit sabiex tiżdied il-kunfidenza fis-suq tant li l-familji Maltinqed iħossuhom aktar komdi li jisselfu biex jixtru djar kif tindikal-istatistika permezz ta’ żieda ta’ 22.6%.
Fir-rigward taċ-ċifri dwar il-finanzi tal-Gvern,il-Prim Ministru semma kif matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena ġiet kontrollataż-żieda fin-nefqa tal-Gvern filwaqt li permezz tal-miżuri mħabbra fil-Budgettal-2004 id-dħul rikorrenti żdied b’5.3%. Dan għen sabiex id-deficit stutturalital-pajjiż fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena naqas b’14.3%
Filwaqt li esprima l-ottimiżmu tiegħu fil-kuntestta’ dawn ix-xejriet, il-Prim Ministru semma li xorta rridu nibqghu kawti. Hemmzviluppi li qed isehhu li jista jkollhom effett negattiv fuqna, fosthomiz-zieda fil-prezz taz-zejt.
Il-Prim Ministru żied jgħid li hemm numru ta’ sfidili għad iridu jingħelbu. Fost l-isfidi l-aktar importanti il-Prim Ministrusemma l-qasam tal-impjiegi, it-trażżin tad-defiċit tal-Gvern u t-titjibfil-kwalita’ tat-turiżmu.
Fil-qasam ta’ l-impjiegi, l-Prim Ministru Gonziħabbar li fil-ġranet li ġejjin ser jiġi ppubblikat għall-konsultazzjoni,il-Pjan Nazzjonali dwar l-Impjiegi, liema pjan ser jifrex il-miżuri li serjieħu l-Gvern sabiex jistimola dan il-qasam daqshekk imporanti anki jekkfix-xhur li għaddew beda jinħass titjib inkoraġġanti. Il-maġġoranza ta’ dawnil-miżuri ser jirrikjedu aktar attenzjoni fuq l-edukazzjoni ta’ matul il-ħajja,it-taħriġ mfassal skond il-bżonnijiet tas-suq, u l-incentivi neċessarji biexpersuna issib u tibqa’ b’impjieg.
Il-Pjan ta’ Konverġenza minn naħa l-oħra jindirizzail-problema tad-defiċit strutturali fil-finanzi pubbliċi. Għalkemm jidher lil-Gvern jinsab fit-triq it-tajba xorta għad baqa sfidi kbar li hemm bżonn lijingħelbu sabiex b’hekk igawdi kulħadd. Il-Prim Minstru qal li matul ix-xhur liġejjin il-Gvern ser ikompli bil-programm ta’ riformi kemm fil-prattiċitax-xogħol kif wkoll fir-rigward tal-kontroll tal-ispiża tal-Gvern, sabiex jekkjista’ jkun jinkisbu riżultati aqwa minn dak li ġie mfassal fil-Pjan ta’Konverġenza.
Fil-qasam tat-Turiżmu, il-Prim Ministru semmal-bżonn li dan ikun proġett nazzjonali. Għalkemm f’Ġunju jidher li kien hemm żieda ta’ 8.1% fuq l-ammont ta’turisti li ġew Malta f’Ġunju tas-sena l-oħra, xorta waħda hemm bżonn ta’ażżjoni aktar ko-ordinata u ffukata fuq dan is-settur. L-ambjent u l-indafa,it-toroq, il-proġetti ta’ tisbiħ, il-kultura u l-wirt nazzjonali flimkienmat-tlestija ta’ proġetti kapitali, kemm dawk li qed isiru kif wkoll dawkġodda, ser jingħataw prijorita fis-snin li ġejjin.
F’dan kollu, il-Gvern huwa determinat li jibqa’jagħti attenzjoni ffukata u qawwija fuq il-qasam soċjali biex jigi żgurat likulħadd jimxi ‘l quddiem u ħadd ma jibqa’ lura. Mikejja l-investiment kbir fil-qasamsoċjali, dejjem jibqa’ r-riskju ta’ sezzjonijiet tas-soċjeta’ Maltija li jaqgħuf’riskju ta’ faqar jew esklużjoni. Biexdan ikun indirizzat b’mod dejjem aktar effikaċi, il-Gvern għadu kemm lestal-ewwel Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar l-Inklużjoni. Dan il-Pjan tfassal wara proċess qawwi ta’konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali, mas-soċjeta’ ċivili ul-organizzazjonijiet pubbliċi u volontarji involuti fil-qasam soċjali. Flimkien mal-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwarl-Impjiegi, il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar l-Inkluzjoni jipprovdu il-qafasgħal żvilupp soċjali ġdid u ffukat dejjem aktar lejn dawk li l-aktar għandhombżonn l-għajnuna tas-soċjeta biex jipparteċipaw b’mod sħiħ fl-iżvilupp ta’pajjiżna.
Il-Prim Ministru għalaq billi tenna li sabiex Maltatikber fl-Ewropa hemm bżonn tal-parteċipazzjoni ta’ kulħadd. Is-sieħba soċjaliu s-soċjeta’ ċivili għandhom sehem importanti x’jagħtu fit-tfassiltal-ġejjieni. L-isfidi jistgħu jingħelbu biss jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħedfl-interess nazzjonali u bil-galbu, mingħajr diżgwid soċjali, imma b’fehma sodali pajjiżna jista’ jiżviluppa u jirrendi ġid għal kulħadd.
DOI - 07.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en