Left arrow Go Back

SKOLASAJF 2004: ANIMAL AWARENESS DAY

PR1269
Date Icon 06/08/2004

IL-ĠIMGĦA, 6 TA’ AWISSU 2004

Nru. 1269

SKOLASAJF 2004: ANIMAL AWARENESS DAY

Skolasajf toffril-opportunità lill-istudenti ta’ programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhurtas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv ikunu qed jilagħbuu jitgħallmu ma’ sħabhom. 

Skolasajf 2004 hiprogramm f’Malta u Ghawdex għal madwar 4000 tifel u tifla mir-raba’, il-hames,u s-sitt klassi li jattendu l-iskejjel primarji ta’ l-iStat, Knisja uIndipendenti. Skolsajf titmexxa minn madwar 260 studenti universitarji u madwar130 kapijiet/assistenti kapijiet/ għalliema bħala ko-ordinaturi fiċ-ċentri.Tfal li jattendu l-iskola tal-gvern bl-għajnuna ta’ ‘facilitator’ għandhom dan is-servizz ukoll, filwaqt li t-tfal lijattendu t-tliet skejjel speċjali tal-gvern għandhom programmi apposta.  Hemm ukoll 18 il-ċentru fejn qed isir KlabbSajf, programm speċjalizzat ta’ għajnuna edukattiva.

Bħala partimill-attivitajiet ta’ Skolasajf, l-ewwel gimgħa tax-xahar ta’ Awissu hidedikata lill-ħarsien ta’ l-annimali. F’din il-ġurnata jsiru diversi attivitajiet biex titqajjem kuxjenza dwaril-ħarsien ta’ l-annimali kif ukoll biex l-istudenti jiġu mħeġġa jħobbu,jirrispettaw u jerfgħu r-responsabbilta’ ta’ l-annimali domestiċi tagħhom.L-S.P.CA. qed tagħmel żjarat f’diversi ċentri ta’ Skolasajf fejn qed jitwettaqprogramm ta’ tliet sigħat li jwassal messaġġ permezz ta’ sessjonijiet prattiċi,interattivi u edukativi mat-tfal.

It-tema li ntgħażlet għalSkolasajf din is-sena hi ‘Nikbru b’Valuri Sportivi’. Il-Programm hu maħsub lijwassal valuri ta’ impenn, parteċipazzjoni, rispett, kuraġġ ur-responsabbilta’. Fost l-attivitajiet ta’ Skola sajf hemm drama, playlets,letteratura, poeżiji, kanzunetti, wirjiet, u preżentazzjonijiet mill-istudenti.

Il-Ministru Louis Galea qalli hu mportanti ferm li t-tfal tagħna jikbru f’ambjenti li jħaddnu dawnil-valuri. Il-Ministru qal li tradizzjonalment kienet

…/…

il-familja is-sors ewlieniminn fejn it-tfal jitgħallmu x’inhuma l-valuri. Il-Kurrikulu Nazzjonali għamel enfasi fuq il-bżonn li l-edukazzjoni tkunwaħda ħolistika li ma tiffukax fuq l-edukazzjoni akkademika biss.  Il-Ministru qal ukoll li l-għożża ta’l-annimali turi kemm pajjiż hu żviluppat u edukat filwaqt li l-moħqrija ta’l-annimali turi nuqqas ta’ rispett lejn il-valuri tal-ħajja.  L-edukazzjoni hi l-aqwa mezz biex il-moħqrijata’ l-annimali tiġi kkontrollata u eliminata.

Il-Ministru żarukoll sessjoni ta’ Klabbsajf, programm speċjalizzat fi ħdan Skolasajf għal dawkl-istudenti li waqt is-sena skolastika jingħataw edukazzjonikomplementari.  Għal dawn l-istudenti,il-Ministru Louis Galea rċieva sponsorship ta’ kotba, CDs u materjal edukattivmill-HSBC Cares for Children Fund. Il-Ministru rċieva wkoll donazzjoni ta’apparat sportiv u materjal edukattiv min Paolo Bonniċi Ltd. li hi ditta litirrappreżenta marka ta’ ċereali hawn Malta.

Louis Galeatkellem ukoll dwar l-iskejjel tas-sajf immexxija mill-privat u qal li f’dawnl-aħħar ġimgħat sar eżerċizzju biex l-iskejjel tas-sajf jiġu rreġistratimal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni bl-iskop li tinstab soluzzjoni għall-kwistjonital-VAT fuq l-iskejjel tas-sajf.  LouisGalea sostna li hu jemmen li fil-maġġoranza tagħhom l-iskejjel tas-sajf joffruprogramm edukattiv ta’ l-ogħla valur u għalhekk għandhom jiġu kkunsidrati bħalaskejjel li joffru programm kurrikulari bħal dak li jiġi offrut fix-xhurtax-xitwa. 

DOI  06.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow