INTRODUZZJONI TA’ SATIRA FIL-KARNIVAL
Nru. 1268
INTRODUZZJONI TA’ SATIRAFIL-KARNIVAL
Meta kien qed jipprezentaċertifikati u trofej lir-rebbieħa li pparteċipaw fil-Karnival 2004, il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li, wara seminar organizzatmill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u l-Kummissjoni Nazzjonali Folklornhar is-Sibt 15 ta’ Mejju ta’ din is-sena, kien sar qbil li fil-Karnival 2005jibdew attivitajiet ġodda. Hu qal li kienet qed tiġi kkunsidratal-introduzzjoni ta’ satira li, iżda, ma tkunx ta’ natura politika.
Il-Ministru Zammit Dimechqal li l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Karnival ta’ Malta 2004 kienetwaħda rekord b’numru sostanzjali ta’ karrijiet, kumpanniji ta’ żfin umaskaruni. Hu qal li dan ħoloq problemiamministrattivi li l-Kummissjoni Nazzjonali Folklor qed tistudja, biex filwaqtli tinkoraġixxi l-parteċipazzjoni, tindokra l-aspett finanzjarju u loġistikufit-tfassil tal-programm ta’ attivitajiet.
Francis Zammit Dimech qal lidin is-sena, il-livell tal-prodott preżentat kien wieħed għoli u li kienproprju dan il-livell għoli li ħeġġeġ aktar nies jattendu għall-attivitajiettal-Karnival, fejn kien hemm attendenza rekord ta’ poplu jassistigħall-isfilata fi Triq Sant’Anna, Floriana.
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li l-Gvern kien għadu għaddej bil-ħsieb tiegħu li jsib postijietoħra fejn il-parteċipanti tal-Karnival ikunu jistgħu jippreparaw ix-xogħlijiettagħhom matul is-sena. Hu qal li din is-sena, il-Gvern kien ħa ħsieb inaddafil-Forti Sant’ Iermu.
Hu żied li fil-ġimgħat liġejjin il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor se tiddiskuti mal-parteċipantital-Karnival kif, f’dan il-post, ikun hemm aktar kontroll u ndafa u fl-istessħin jidħlu l-leaders u l-helpers tal-Karnival biex jaħdmugħat-tħejjija tal-Karnival 2005.
Il-Ministru Zammit Dimechqal li fil-frattemp il-Ministeru tieghu se jkompli jaħdem għal soluzzjoni biexikun hemm workshops għall-parteċipanti tal-Karnival, b’faċilitajietaħjar u biex il-post jinbidel f’attrazzjoni turistika li tikkontribwixxi biexlit-turist inkomplu noffrulu dik l-esperjenza li ma jsibx f’pajjiżi oħrajn.
…/…
Francis Zammit Dimech qal liissa li t-turiżmu u l-kultura tqiegħdu taħt ministeru wieħed, il-Ministerutieghu kien qed jaħdem biex il-Karnival jingħata aktar pubbliċita’ barrapajjiżna sabiex fil-jiem tal-Karnival, jibdew iżuruna aktar turisti li jiġuspeċifikament għal din l-attivita’ kulturali u popolari.
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura ħeġġeġ lil dawk kollha li jagħtu sehemhom biex ikollna l-attivitajiettal-Karnival biex ikomplu jaħdmu flimkien ħalli l-affarijiet jimxu ’l quddiem uhekk isem il-Karnival ta’ Malta u ta’ pajjiżna bħala ġżira kulturali jkomplijinfirex ma’ kullimkien.
DOI - 05.08.04
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en