Left arrow Go Back

GĦAJNUNA MILL-UNJONI EWROPEA LID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA BIEX TIMPLIMENTA L-‘ACQUIS COMMUNITAIRE’

PR1263
Date Icon 04/08/2004

NO.1263

Għajnunamill-Unjoni Ewropea lid-Diviżjoni tas-Saħħa biex timplimenta l-‘AcquisCommunitaire’

Issa li Malta saret membru ta’ l-UnjoniEwropea għandha obbligi x’tosserva dwar iċ-ċaqliq ta’ persuna minn pajjizgħall-ieħor, li joħorġu mir-regoli 1408/71 u 574/72 li jittrattawil-ko-ordinazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali.

Dawn ir-regoli jikkonċernaw il-movimentħieles ta’ persuni fil-European EconomicArea.  Ir-regoli jiffukaw fuq erba’prinċipji: l-applikazzjoni ta’ liġi komuni, trattament ugwali, iż-żammatad-drittijiet miksuba u ż-żamma tad-drittijiet matul l-proċess ta’ kisba.

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kurafil-Komunità  flimkien mal-Ministerutal-Familja u Solidarjetà Soċjali, huwa responsabbli biex jamministrawbenefiċji għall-Maltin li jmorru barra u barranin li jiġu fostna.

Biex ikun jista’ jikkonformamar-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja u jamministra numru ta’ skemi tas-sigurtàsoċjali u kura medika fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropeja il-Ministeru tas-Saħħau Kura fil-Komunità waqqaf Taqsima apposta biex timplimenta l-provedimentitar-regolamenti.  Dan beda jsir mill-lta’ Mejju li għadda.

Peress li dan ix-xogħol huwa wieħedkomplikat u jitlob ukoll taħriġ għall-impjegati, l-Ministeru fittex l-għajnunata’ l-Unjoni Ewropeja.  Wara sejħagħall-offerti mill-Kummissjoni Ewropeja, il-Ministru wasal fi ftehim ta’ twinningma’ organizzazzjoni mir-Renju Unit msejħa NICARE. 

F’Diċembru  2003 ġie iffirmat ftehim li kien jinkludiprimarjament pjan ta’ taħriġ speċifiku għall-ufficjali fid-Diviżjoni tas-Saħħakif ukoll taħriġ ġenerali għall-diversi mpjegati li jaħdmu fl-isptarijiettal-gvern u ċentri tas-Saħħa f’Malta u Għawdex.

Dan it-taħriġbeda f'Jannar li għadda u wasal biex jiġi konkluż dan ix-xahar.  Minbarra l-benefiċċji ta' dan l-istess taħriġ,it-Taqsima qegħda tiżgura illi l-pubbliku Malti speċjalment metajkun f'xi wieħed mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja fuqbażi permanenti jew temporanja, jibbenefika mill-provvedimenti tar-regolamentili jirrigwardja l-kura medika.  Dan isirb'kollaborazzjoni sħiħa mad-Dipartimenttas-Servizzi Soċjali.  Din it-Taqsima għandhaobbligi oħra lejn ċittadini tal-Unjoni Ewropeja li jkunu Maltagħal xi raġuni jew oħra.

Dan il-proġett,ta' twinning li jiswa b'kollox168,000 Euro, qiegħed jiġi mħallas minn fondiapposta allokati mill-Unjoni Ewropeja.

DOI -04.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow