AKTAR FAĊILITAJIET GĦALL-ISTUDENTI TA’ L-MCAST
NO.1262
AktarFaċilitajiet għall-Istudenti ta’ l-MCAST
“Hu mistenni li sal bidutas-sena akkademika l-istudenti se jkollhom diversi faċilitajiet ġoddafil-kampus tal-MCAST f’Kordin. Bħalissagħaddej xogħol fuq diversi blokok li jinkludu blokk ġdid li fiħ se jkun hemmlibrerija u ċentru għar-riżorsi. Fl-aħħar snin sar investiment kapitali qawwi fil-Kulleġġ biex filwaqt linfetħu Istituti ġodda u żdiedu l-istudenti, il-Kulleġġ setgħa joffrifaċilitajiet tajbin għall-istudenti.” Dan qalu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea meta żar ix-xogħlijietli qed isiru fl-MCAST.
Il-Ministru Louis Galea qalli l-MCAST issa għandu disa’ Istituti u Ċentru f’Għawdex. Il-Ministru qal li kull istitut ġdid liinfetaħ kien mgħammar sew biex ikun jista joffri servizz tajjeblill-istudenti. Biex l-MCAST ikomplijoffri servizz ta’ l-għola kwalita' qed isir ukoll investiment f'faċilitajietgħall-istudenti u l-lecturers kifukoll għall-amministrazzjoni. Il-faċilitajiet l-ġodda jinkludu Librerija u Learning Resource Centre, Laboratory Block,Canteen, Students' Houseu Common Room, Guidance Rooms, Uffiċini, Gymnasiumu diversi klassijiet u laboratorji.
Waqt iż-żjara tiegħu,l-Ministru Louis Galea żar il-blokk li fih se jkun hemm il-librerija l-ġdida uċentru għar-riżorsi. Il-blokk fiħ erba’sulari u se jkun aċċessibbli għalkulħadd. Is-sular ta’ fuq se jkunmgħammar b’madwar 110 kompjuter b’aċċess għall-Internet għall-użu ta’l-istudenti. F’sulari oħrajn hemml-ispażji meħtieġa f’librerija moderna u post fejn aktar minn 200 studentjistgħu jagħmlu r-riċerka tagħhom. Il-blokk se jkollu wkoll post fejn isiru study groups u appoġġ edukattivgħal dawk li jkollhom bżonn kif ukoll faċilitajiet għall-istampar u l-ikkupjaru spazji oħra għall-wirjiet.
Louis Galea ra ukollix-xogħol li qed isir fl-Istitut ta’ l-Inġinerija Mekkanika fejn tlesta sularsħiħ ta’ laboratorji u klassijiet u fejn qed ikompli x-xogħol fuq il-partijietkomuni tal-blokk, ix-xogħol jinkludi l-istallar ta’ taraġ u bibien ġodda ummodernizzar ġenerali tal-blokk. Il-laboratorji se jiġu mgħammra bl-apparat meħtieġ għat-tagħlim ta’l-inġinerija mekkanika u b’sistemi ta’ saħħa u sigurta’ fuq il-post tax-xogħolinkluż sistema ta’ shut down komplettas-sistema elettrika.
Is-sistema tad-dawl fl-MCASTġiet imsaħħa wkoll b’Sub Station ġdidau qed isir xogħol fuq sub stationoħra li hemm bżonn biex il-Kulleġġ ikollu provvista ta’ dawl adegwata.
Il-Ministru ra wkollix-xogħol li beda fuq il-blokk amministrattiv li għalkemm mhux se jkun lest sameta tibda s-sena akkademika hu mistenni li parti minnhu (l-East Wing) tkunlesta sa April li ġej. Il-blokkamministrativ se jkun jinkludi canteengħal madwar 300 persuna bil-qiegħda ġewwa u madwar 100 oħra barra. Il-blokk jinkludi wkoll ukoll l-iStudents' House u l-Common Room, Guidance Rooms,Uffiċini għall-amministrazzjoni u spazji oħrajn. Qed isir ukoll xogħol fuq il-faċilitajietsportivi tal-Kulleġġ u lifts f’block B u fl-Istitut ta’ l-Arti u d-Disinnf’Tarġa Gap.
Il-Ministru Louis Galea qalli biex dan jitwettaq kien hemm bżonn ta' investiment kapitali sostanzjali ul-Gvern ikkommetta madwar 4 miljun lira fl-aħħar snin biex il-kulleġġ wasalfejn wasal s’issa. Hu tenna li l-Kulleġġgħad fadallu triq twila quddiemu u diġa hemm pjanijiet u proġetti li qedjinħmew. Louis Galea qal li l-Kulleġġgħandu diversi proġetti quddiem l-ERDF (European Regional Development Fund) libejniethom ifissru investiment ieħor ta’ madwar żewġ miljun Ewro. Il-fondi se jmorru biex fost oħrajn issirestenzjoni ta’ block eżistenti biex l-Istitut tal-Kura fil-Kommunita’, libħalissa hu maqsum f’żewġ postijiet jingħaqad f’post wieħed f’Kordin. Proġett ieħor li hu maħsub hu Ċentru ta’ Kuragħat-Tfal (Childcare Centre) biex il-Kulleġġ ikun jista jaqdi aħjar ir-rwoltiegħu ta’ istituzzjoni ta’ tagħlim tul il-ħajja.
Louis Galea qal li dan juril-impenn tal-Gvern fil-qasam tat-tagħlim vokazzjonali u teknoloġiku. Il-ftuħ ta' l-MCAST hu pass importantifil-mixja twila li trid issir biex il-qasam tat-tagħlim vokazzjonali jingħata l-importanzali jistħoqqlu. Il-Ministru qal lil-Gvern se jkompli jaħdem biex l-MCAST jieħu postu bħala t-tieni kolonna ta'l-edukazzjoni għolja ma' ġemb l-Universita'.
L-MCAST żviluppaf’istituzzjoni edukattiva popolari u dan jixhdu in-numru kbir ta' studenti likull sena qed japplikaw biex jidħlu fl-MCAST. Għall-ewwel sejħa għal korsijiet full-timeli saret din is sena applikaw 2556 persuna (kważi 300 aktar mis-sena ligħaddiet) għat-83 kors li ġew offruti. Louis Galea qal li l-MCAST hu mistenni jkompli jikber kif kibret u setkompli tikber l-Universita' biex noffru l-opportunita' lill-eluf ta' studentili mistennija jkomplu l-istudji tagħhom f'livelli għola kif ukoll biexnipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, biex dan iseħħhemm bżonn naraw kif is-sistemi ta’ ffinanzjar ta’ l-istituzzjonijiet ta’edukazzjoni għolja jistgħu ikomplu jaħdmu b’mod sostenibbli fil-futur u kifdawn se jimmassimizzaw ir-riżorsi u l-opportunitajiet li hemm.
DOI – 04.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en