REĠISTRAZZJONI MAD-DIPARTIMENT TAD-DWANA GĦALL-AĠENTI U IMPORTATURI
Il-Kontrollur tad-Dwana jgħarraf, li fid-dawl tad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, kull aġent jew importatur ta’ oġġetti suġġetti għal ħlas tad-Dazju tas-Sisa għandu jkun irreġistrat mad-Dipartiment tad-Dwana.
Taqsima 4(2) tar-Regolamenti tas-Sisa (il-Ħames Skeda) ta’ l-Att Dwar id-Dazju tas-Sisa tispeċifika illi jinżamm database elettroniku li jkun jinkludi fih l-informazzjoni dwar:
a Kumpaniji jew persuni awtorizzati biex joperaw Tax Warehouse.
b Importaturi awtorizzati li ma jistgħux jużaw il-faċilita' ta' Tax Warehouse
Informazzjoni dettaljata dwar dan is-suġġett ser tkun diskussa waqt laqgħat apposta li ser jkunu organizzati mid-Dipartiment tad-Dwana fil-11 u t-12 ta' Frar 2004 fit-Training Centre tad-Dipartiment.
Kull kummerċjant li diġa’ qiegħed jinnegozja f'dan il-qasam, ser ikun notifikat individwalment bil-posta meta għandu jattendi.
Dawk imsemmijja hawn fuq, flimkien ma oħrajn interessati, huma mħeġġa li jattendu.
Kull min jixtieq aktar informazzjoni dwar dawn il-laqgħat jista’ jċempel fuq in-numri 25685200/201.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en