IL-PREMJU ANZJAN TAS-SENA
Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani u Kura fil-Kommunita’, l-Onor. Helen D’Amato, illum habbret li din is-sena wkoll ser jerga’ jinghata l-premju “Anzjan tas-Sena.” Din hija l-hdax-il darba li qed jinghata dan il-premju.
Is-Segretarju Parlamentari fakkret li l-ewwel ta’ Ottubru huwa l-jum dinji dedikat lill-anzjani - kif dikjarat min-Nazzjonijiet Uniti. L-attivitajiet li ser jorganizza s-Segretarjat Parlamentari biex ikun imfakkar il-Jum Dinji ta’ l-Anzjani, jilhqu l-qofol taghhom b’serata apposta nhar is-Sibt, 25 ta’ Settembru 2004.
L-Onor. D’Amato spjegat li s-Segretarjat Parlamentari ghall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ jaghti dan il-premju bhala rikonoxximent xieraq lil dik il-persuna anzjana li bil-mod ta’ kif izzomm ruhha attiva, qed tkun ta’ mudell u ispirazzjoni ghall-anzjani l-ohra. Huwa mportanti li noholqu kuxjenza biex kulhadd – inkluz l-anzjani – jippartecipa f’holqien ta’ hajja ahjar, socjeta’ mibnija fuq l-interdipendenza, solidarjeta’ bejn il-generazzjonijiet, fejn l-anzjani jkunu ntegrati f’kull qasam tas-socjeta’ Maltija, kif ukoll nimpenjaw ruhna favur min hu l-aktar fil-bzonn.
L-Onor. D’Amato hegget biex ghaqdiet volontarji, Parrocci u l-Kunsilli Lokali jinnominaw anzjani ghal dan il-Premju, sabiex b’hekk nuru apprezzament u rikonoxximent ghal hafna xoghol volontarju li jkun qed isir fis-socjeta’ taghna.
Fil-fatt dan il-premju jirrikonoxxi lil dak il-persuna:-
- li jkun ta jew tat servizz b’mod volontarju ma’ min ikun jehtieg, jew
- li bil-karattru tieghu jew taghha hija ta’ ispirazzjoni ghal anzjani ohra, jew
- li tkun responsabbli lejn u seddqet l-ambjent ta’ l-anzjani; li tizviluppa kemm il-kultura generali kif ukoll personali; li tahdem biex ma jintilifx wirt missirijietna; li tippromovi
s-solidarjeta’ bejn il-generazzjonijiet u tghix hajja li tikkontribwixxi ghal hajja ahjar
tal-komunita’ b’mod generali.
L-Onor. D’Amato kompliet tghid li ghal dan il-premju jistghu jigu nominati nisa u rgiel, cittadini Maltin li, sa l-ahhar ta’ din is-sena ikunu ghalqu l-eta’ tal-pensjoni, u li normalment jghixu Malta jew Ghawdex.
Biex jintghazel l-Anzjan tas-Sena, gie mwaqqaf bord ta’ l-ghazla, li ghandu r-responsabbilta’ li jilqa’ l-applikazzjonijiet, u li jaghzel l-anzjan jew anzjana li haqqu jinghata dan il-Premju prestigjuz.
Il-Bord ta’ l-Ghazla jikkonsisti minn:
Chairperson: Ms. Cecilia Xuereb
Membri: Mr. Angelo Fenech
Prof. Fredrick Fenech
Ms.Lilian Miceli Farrugia
Ms. Josephine Saliba
Fr. Victor Zammit McKeon
Segretarju: Jesmond Schembri
Aktar informazzjoni u formoli ghan-nominazzjonijiet, jistghu jingabru minghand is-Segretarju tal-Bord, fl-Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Ministeru tas-Sahha, Anzjani u Kura fil-Komunita’, 15 Triq il-Merkanti, Valletta u d-Dipartiment ghall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’, Pjazza San Frangisk, Victoria, Ghawdex u ghandhom jittiehdu bl-idejn sa mhux aktar tard minn nofs inhar tat-Tnejn, 23 t’Awissu 2004. Tinghata ricevuta ghal kull nominazzjoni.
Il-formola ghan-nominazzjoni tista’ tingabar minn:
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en