Left arrow Go Back

L-AHHAR THEJJIJIET GHALL-‘CLASSIC ROCK CONCERT

PR1241
Date Icon 29/07/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura l-Onor. Francis Zammit Dimech, illum żar il-pjazza tal-Forti Manoel fejn nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se jittella’ l-Classic Rock Concert bil-parteċipazzjoni ta’ leġġendarji tal-mużika rock fosthom Jethro Tull, Roger Hudgson ta’ Supertramp, Marillon Fish, Steve Hackett u l-banda tiegħu. Se jipparteċipaw ukoll żewġ bands lokali, Winter Moods u Beangrowers.


Francis Zammit Dimech kien imdawwar mal-post mill-organizaturi fejn segwa l-aħħar tħejjijiet għal dan il-kunċert eċċezzjonali fil-kalendarju ta’ attivitajiet kulturali li jsiru f’pajjiżna fis-sajf.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura kellu kliem ta’ tifħir għall-organizaturi li qed ikomplu jressqu l-mużika popolari lejn il-poplu. Hu qal li attivitajiet bħal dawn kienu jikkontribwixxu wkoll biex it-turisti li jżuruna jkollhom dik l-esperjenza sabiħa li twassalhom biex jerġgħu jżuru Malta . 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow