Left arrow Go Back

PROĠETT GĦAL TRIQ LI TGĦAQQAD IX-XATT TAL-GŻIRA MAL-JUNCTION TAL-KAPPARA

PR1240
Date Icon 29/07/2004

Il-parti ta’ Triq ix-Xatt fil-Gżira, li fiha bħalissa qed isiru xogħlijiet ta’ emerġenza biex jissewwa cabletad-dawl, ser tkun inkluża fi proġett biex tinbena triq arterjali li ser tgħaqqad ix-xatt tal-Gżira mal-junction tal-Kappara fuq Triq Reġjonali. Il-kostruzzjoni ta’ din it-triq arterjali hija ta’ importanza kbira minħabba ż-żieda fit-traffiku li mistennija tibda tolqot dawn l-inħawi mat-tlestija ta’ partijiet mill-iżvilupp li qed isir fil-Ponta ta’ Tigne` u Manoel Island.  

Parti sostanzjali minn Triq ix-Xatt kienet ingħatat wiċċ ġdid ta’ tarmac f’Mejju bħala parti mir-rideability programme li qed twettaq l-Awtorita Dwar it-Trasport ta’ Malta fuq diversi toroq arterjali. Parti mill-wiċċ tat-triq kellu jinqala` x-xahar li għadda minħabba ħsara li żviluppat fuq cable tad-dawl wara li daħal l-ilma baħar. L-istess ħsara reġgħet żviluppat fuq dan il-cable din il-ġimgħa.  

Minkejja li din il-problema tissolva kieku it-triq kellha tinbena mill-ġdid u jinbnew common service ducts fil-ġenb tagħha, din is-soluzzjoni m’hix waħda vijabbli bhalissa fid-dawl tal-proġett tal-Manoel Island – Kappara link.  

L-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta bħalissa qed tagħmel studju biex tevalwa liema huwa l-aħjar mod biex issir din it-triq u minn liema rotta għandha tgħaddi . Fost il-possibilitajiet li qed jiġu studjati hemm ukoll il-possibilita` li din tgħaddi minn taħt l-art.  

Malli jintemm dan l-istudju jibda x-xogħol fuq id-disinn tal-proġett li mistenni jitlesta sa’ l-aħħar tas-sena d-dieħla.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow