Left arrow Go Back

IL-PARLAMENT JAPPROVA L-LIGI DWAR L-EKO-KONTRIBUZZJONI

PR1233
Date Icon 28/07/2004

Il-Parlament il-bierah approva l-abbozz ta’ liġi dwar l-eko-kontribuzzjoni. Ġie approvat tnaqqis tar-rati ta’ eko-kontribuzzjoni fuq il-batteriji, fridges u fliexken u containers oħra vojta.  

Ir-rata għall-batteries tnaqqset minn 10ċ għal 2ċ5m għal kull batterija; ir-rata ta’ refridgerators u freezers ta’ daqs normali tnaqqset minn Lm12 għal Lm10 filwaqt li żdiedet ir-rata għal dawk kbar minn Lm12 għal Lm30. Ir-rata għall-fliexken u containers oħra vojta tnaqqset minn 2ċ għal 1ċ.  

It-tibdil fir-rati sar wara konsiderazzjonijiet li ġew preżentati anke mill-korpi kostitwiti. Il-prinċipju ta’ l-eko-kontribuzzjoni mhuwiex marbut ma’ jekk il-prodott, waqt li qed jintuża, jagħmilx ħsara lill-ambjent jew le. Il-prinċipju ta’ l-eko-kontribuzzjoni huwa li tkun tista’ tiġi rkuprata l-ispiża ta’ l-immaniġġjar ta’ dan il-prodott meta jsir skart. Id-dħul mill-eko-kontribuzzjoni mhuwiex se jiffinanzja l-ispiża kollha ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart.  

Il-liġi kif approvata mill-Parlament neħħiet il-possibilta’ ta’ priġunerija għal min jagħmel reat. Il-Parlament iżda approva li l-multa għal reat tista’ tkun mhux iktar minn Lm10,000 minflok Lm5,000 kif kienet il-proposta oriġinali.  

L-abbozz ta’ liġi kien qed jipproponi li, meta wieħed jeħel penali amministrattiva u jappella minn din il-penali, irid ikun hemm ħlas ta’ 5% ta’ din il-penali.  Il-Parlament approva li titneħħa din il-kundizzjoni.   

Il-liġi tagħmilha ċara li l-produtturi lokali jew l-importaturi jistgħu jippreżentaw skema li biha jiġbru lura l-iskart iġġenerat mill-prodotti li jpoġġu fuq is-suq. Jekk isir dan, allura dawk il-prodotti jkollhom eżenzjoni totali jew parzjali, skond l-iskema proposta, mill-ħlas ta’ l-eko-kontribuzzjoni. Dan ifisser li l-eko-kontribuzzjoni ma’ tkunx imposta fuq dawn il-prodotti minħabba li l-Gvern tkun tnaqqsitlu l-ispiża biex jimmaniġġa l-iskart ta’ dawn il-prodotti.  

Il-Gvern iddikkjara li lest li jgħaddi 5 fil-mija tad-dħul mill-eko-kontribuzzjoni biex jgħin fit-twaqqif ta’ skemi ta’ rkupru ta’ l-iskart. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow