Left arrow Go Back

RISTRUTTURAZZJONI TA’ L-AWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU

PR1226
Date Icon 27/07/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li wara ħames snin mindu twaqqfet l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu wasal iż-żmien li jkun hemm awditjar dwar il-qafas operattiv u r-ristrutturar ta’ l-istess awtorità. Hu qal li jeħtieġ naraw x’wettaqna, fejn wasalna u x’nistgħu nagħmlu aktar u aħjar.

Francis Zammit Dimech kien qed jitkellem mal-‘media’, dwar ezercizzju dwar l-operat u r-ristrutturar ta’ l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu. Huwa qal li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu waqqfet Strategy Group biex tistħarreġ dan il-proġett ta’ awditjar. Il-Grupp kien imexxi minn Chris Grech, Chairman tal-MTA u kien jikkonsisti minn George Micallef, Sam Mifsud u Winston J. Zahra.  

Francis Zammit Dimech qal l-kumpannija Deloitte & Touche ġiet inkariġata li twettaq eżerċizzju dettaljat tal-qafas ta’ l-operat kurrenti ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu bil-ħsieb li fejn meħtieġ ikunu ristrutturati l-attivitajiet biex ikun hemm valur aħjar għan-nefqa, biex nassiguraw it-trasparenza u l-effiċjenza. Wara li jsiru r-rakkomandazzjonijiet għal titjib Deloitte & Touche jridu jgħinu lill-Awtorità fl-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li dan l-eżerċizzju inqasam fi tliet fażijiet distinti

      ·        Analiżi tax-xenarju kurrenti fl-MTA;
·        Rakkomandazzjonijiet għal titjib; u
·        Għajnuna lill-Awtorità fl-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet.  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li billi dan l-eżerċizzju hu wieħed urġenti ġie propost time frame għall-ewwel u t-tieni fażijiet. Kien mistenni li Deloitte & Touche jippreżentaw l-ewwel abbozz tar-rapport tagħhom sa l-aħħar ta’ Settembru.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li minħabba l-urġenza ta’ dan l-istudju Deloitte & Toucheħatru lil Raphael Aloisio biex jikkoordina l-proġett. Miegħu se jaħdmu Nick Captur, espert dwar is-settur turistiku; Steve Cachia, system procedures andcontrols; Stephen Paris u Sarah Curmi, financial analysis and controls u Marc Jaccarini, Riżorsi Umani.  

Il-Ministru għat-Turżimu u Kultura qal li f’dinja fejn il-kompetizzjoni hi waħda qawwija kien mistenni li jkun hemm tibdil mhux biss fl-istrateġija li biha mmexxu s-settur turistiku, iżda anke fost il-komponenti ta’ dawk li jmexxu l-istess strateġija. Hu qal li ried jawgura lil kull min se jagħti sehmu biex isir dan ir-rapport u l-implimentazzjoni tiegħu.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li minn studju li wettqu l-World Travel & Tourism Council jirriżulta li l-Gvern Malti – fost il-pajjiżi membri ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea – hu l-iktar li jonfoq għas-settur tat-turiżmu u l-ivvjaġġar. Skond dan l-istess rapport – bħala  perċentwali tal-konsum totali tal-Gvern – il-Gvern Malti jonfoq kważi d-doppju ta’ l-average ta’ l-UE. Il-Ministru Zammit Dimech qal li s-settur turistiku kien wieħed mill-aktar importanti ta’ l-ekonomija ta’ pajjiżna u li għalhekk konna qed nagħmlu minn kollox biex insostnuh u nkabbruh.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow