Left arrow Go Back

SENA EĊĊEZZJONALI GĦALL-ATTIVITAJIET KULTURALI

PR1223
Date Icon 28/07/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li din is-sena kienet waħda eċċezzjonali għall-attivitajiet kulturali. Hu qal dan waqt li kien qed iniedi d-Drama Festival li ser isir fic-Centru tal-Kreattivita’ fil-Kavallier ta’ San Gakbu. Kompla jghid li mhux biss kellna sensiela twila ta’ attivitajiet li ttellgħu bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea iżda tul dan is-Sajf qed nipparteċipaw għal sensiela twila ta’ attivitajiet kulturali li qatt ma ttellgħu bħalhom qabel.

Francis Zammit Dimech qal li l-attivitajiet kulturali li ttellgħu tul iċ-ċelebrazzjonijiet għas-sħubija ta’ Malta fl-UE urew kemm pajjiżna, minkejja ċ-ċokon tiegħu, hu sinjur fit-talent u fil-wirt kulturali. Hu qal li l-attivitajiet kienu jinkludu kompożizzjonijiet minn artisti lokali, kunċerti minn talent lokali ta’ fama internazzjonali, kunċerti korali u orkestrali, kunċerti vokali u strumentali, recitals, festivals, wirjiet ta’ xogħlijiet minn artisti Maltin u re-enactments ta’ episodji mill-istorja millenarja ta’ pajjiżna. Hu qal li barra mit-talent Malti tul dawk iċ-ċelebrazzjonijiet, stajna napprezzaw talent barrani l-aktar fil-Villaġġ Ewropew u anke permezz ta’ wirjiet u recitals. Francis Zammit Dimech fakkar fil-wirja ‘La Mostra Impossibile’ fejn ittellgħu x-xogħlijiet kollha ta’ Caravaggio.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li bħala ministru responsabbli mit-turiżmu kien jemmen bis-sħiħ li pajjiżna għandu jgħaddi minn destinazzjoni għal esperjenza turistika. Hu qal li dan kien ifisser li ridna nagħmlu aktar użu, u anke użu aħjar mill-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna, filwaqt li kien jirrikjedi wkoll li norganizzaw attivitajiet kulturali li jħallu fuq it-turisti li jżuruna, dik l-esperjenza li ma setgħux jieħdu f’pajjiżi oħrajn.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li matul dan is-sajf kellna kullana ta’ attivitajiet organizzati mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u mis-settur privat. Hu qal li dawn l-attivitajiet jinkludu Festa Mużika mtella’ mill-Orkestra Nazzjonali, il-Victoria International Arts Festival f’Għawdex, il-World Music Festival fil-Forti Sant’Jiermu, The Stradivari Season, il-Malta Jazz Festival, il-Classic Rock Festival u l-kunċert minn Eros Ramazzotti.

Francis Zammit Dimech qal li bejn il-5 u l-10 ta’ Awissu fit-teatru t-Tond tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, qed ikun organizzat Drama Festival mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Hu qal li matul dawn il-jiem se jittellgħu xogħlijiet oriġinali ta’ disa’ gruppi teatrali ewlenin. Wirjiet minn Aleaeia, Cocoon, Du’, Icarus project, Lemonhead, Playhouse, Stagebreeze, OnCue u Urbania se jittellgħu kuljum fil-jiem tal-festival.  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-attivitajiet kulturali tas-sajf huma popolari ħafna billi qed joffru għażla wiesgħa ta’ attivitajiet li jmissu l-gosti ta’ kulħadd.  Hu qal li l-festival tad-Drama kien joffri opportunita’ eċċitanti lil dawk kollha li jħobbu d-drama biex jsegwu l-aħħar rappreżentazzjonijiet  tat-teatru Malti. Hu irringrazzja lill-HSBC li qed jisponsorjaw l-Attivitajiet Kulturali għas-Sajf 2004, lil Lino Mintoff li qed jikkoordina l-attivitajiet u lil kull min qed jikkontribwixxi biex dawn l-attivitajiet ikunu suċċess.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow