Left arrow Go Back

IMNEDIJA L-ISTRATEĠIJA NAZZJONALI DWAR T-TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI, 2004 -2006

PR1212
Date Icon 22/07/2004

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, u l-Ministru għall-Investiment, l-Industrija u t-teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, Austin Gatt ippubblikaw il-viżjoni tal-Gvern għal Malta għal fejn għandna nkunu tlett snin oħra fil-qasam tat-teknoloġiji tal-kommunikazzjoni u l-informazzjoni. Din il-viżjoni hija kumplimentata minn pjan t’azzjoni b’oġġettivi dettaljati u b’sensiela ta’ inizjattivi u programmi li ser jgħinu lil Malta tilħaq dik il-viżjoni.

L-istrateġija tat-teknoloġija ta’ l-Informazzjoni għat-tliet snin li ġejjin hija mnebbħa mill-viżjoni tal-Gvern li sas-sena-2006, Malta se tkun waħda mis-soċjetajiet ewropej u mediterranji ta’ l-informazzjoni l-aktar żviluppati għax se tuża t-teknoloġiji biex ittejbu l-kwalità ta’ ħajjet il-maltin u jgħinu fit-tkabbir ekonomiku.  

Kemm il-Prim Ministru kif ukoll l-Ministru Austin Gatt spjegaw li din l-istrateġija hija l-frott ta’ proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni li sar wara li twaqqafl-Kunsill Konsultattiv Nazzjonali dwar is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni (NISCO) li kien jinkludi l-membri tas-soċjetà Ċivili (KNPD, KSU, Kunsill tan-Nisa, eċċ), Unions, l-industrija (FOI, eċċ), l-industrija tat-teknoloġiji (Vodafone, Melita, isps, eċċ), Partiti Politiċi (PN, MLP, AD) u l-Gvern (Ministeri, eċċ). Wara li saret analiżi ta’ x’irnexxielna niksbu fit-tlett snin ta’ qabel (2000-2003) meta beda l-proġett emalta, flimkien bnejna strateġija ghat-tlett snin li qegħdin fihom. Din l-istrateġija tinkludi ideat mis-setturi kollha.  

Il-Prim Ministru fisser l-aktar aspett importanti f’din l-istrateġija hija li dak li ġie mfassal jinkludi m’hix biss dak li se jagħmel il-Gvern, iżda programm nazzjonali li jrid jimplimentah il-pajjiż kollu.  

Il-Ministru Gatt spjega li din l-istrateġija tinkludi diversi oqsma ta’ ħidma li jrid isir x-xogħol fihom. Dawn jinkludu ħidma li għandha tkompli tegħleb il-firda diġitali. Ix-xogħol li nbeda  tlett snin ilu biex inħajru aktar nies ma jibżgħux jużaw il-kompjuter u l-Internet tagħna riżultati impressjonanti. Illum il-Maltin huma fost l-aktar Ewropej li jużaw it-teknoloġiji: fuq ix-xogħol, id-dar, biex jiddevertu. Fit-tliet snin li ġejjin ser inkunu qed norganizzaw programm wieħed li l-għan tiegħu jkun li mill-livell politiku mmexxu sforz nazzjonali biex neqirdu l-firda diġitali. L-għan tagħna huwa li sa tlett snin oħra tlett kwarti tad-djar Maltin ikollhom l-internet.    

Fis-settur edukattiv irridu li  kulħadd (m’hux biss min jispeċjalizza) jkollu t-teknoloġiji mdaħħla fil-programm edukattiv sħiħ li jgħaddi minnu. Irridu wkoll li jkollna numru konsistenti ta’ speċjalisti ġodda fil-qasam tat-teknoloġiji. Qed nimmiraw li sa tlett snin oħra irridu li jkollna  strutturi li jħejju 500 speċjalist ġdid kull sena li jkun preparat isieħeb l-industrija teknoloġika.  

Il-Ministru Gatt enfasizza li l-istrateġija li qed inniedu mhijex mibnija mawar il-magni, iżda hija mibnija madwar kif t-teknoloġija jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ kull Malti u Għawdxi

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow