Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP URBAN U TOROQ IŻUR IX-XOGĦLIJIET MATUL IX-XATT TAL-BIRGU

PR1207
Date Icon 22/07/2004

Il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, l-Onor. Jesmond Mugliett, dal-għodu żar iż-xogħlijiet ta’ restawr u rijabilitazzjoni li qed isiru mit-Treasury Development Company Ltd. fuq il-bini tat-Teżorerija fix-Xatt tal-Birgu u x-xogħol ta’ tisħiħ fuq il-moll ta’ Sant’ Anġlu.  

F’ kummenti li ta lill-ġurnalisti waqt iż-żjara, il-Ministru Mugliett qal li t-tlestija tar-restawr ta’ dan il-bini u l-ftuħ tiegħu bi stabbilimenti kummerċjali huwa ħolqa importanti fir-riġenerazzjoni tax-Xatt tal-Birgu.  

“Ladarba jitlesta, dan il-bini ser ikun qed jikkumplimenta l-attivitajiet l-oħra li diġa qabdu sew f’din iż-żona wara l-iżviluppi li saru fl-aħħar snin bħall-ftuħ tal-Casino di Venezia, il-Grand Harbour Marina,l-imħażen ta’ Caraffa kif ukoll dawk li ser iseħħu fil-futur,” qal il-Ministru Mugliett.  

Bħalissa hemm tmien applikazzjonijiet pendenti ma’l-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għal permessi ta’ żvilupp b’konnessjoni mal-Proġett tal-Kottonera.  

L-ewwel fażi fil-proġett ta’ restawr u rijabilitazzjoni li qed isir minn din il-kumpanija sussidjarja ta’ Port Cottonera Ltd.  jikkonsisti f’bini mill-ġdid tas-soqfa li ġarrbu ħsarat mill-elementi u tindif tal-ħitan. Din il-fażi ta’ restawr bdiet f’Mejju u mistennija titlesta f’Settembru. Wara jibda’ x-xogħol fuq l-installazzjoni tas-servizzi biex il-proġett kollu jkun lest qabel l-aħħar tas-sena. It-Teżorerija hija mifruxa fuq madwar 1,500 metru kwadru li ser jinkrew bħala spazju kummerċjali għal uffiċini u stabbilimenti ta’ l-ikel. Il-Capitanerie tal-Grand Harbour Marina ser tibda topera minn dan il-bini ukoll.

Intant għaddej xogħol intensiv fuq it-tisħiħ, re-alignment kif ukoll tkabbir tal-moll ta’ Sant Anġlu li ser joffri irmiġġi għas-super yachts filwaqt li l-bini tal-blokok residenzjali wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu tant li dan diġa beda jilqa’ l-ewwel residenti.

Waqt żjara li għamel fuq il-moll ta’ Sant’ Anġlu, il-Ministru Mugliett qal li minbarra ix-xogħol ta’ tisħih u re-alignment li qed jitħallas mill-Gvern, il-moll li jkopri medda ta’ 3862 metru kwardru ser jitkabbar b’952 metru kwadru b’estensjoni ta’ 50 metru tul lejn il-ponta ta’ Sant’Anglu. Ix-xogħol fuq din l-estensjoni qed jitħallas mill-Grand Harbour Marina. 

Il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq qal li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta’ riġenerazzjoni li għaddej bħal issa fil-Kottonera.  

" Il-proġett tal-Kottonera qed jissarraf   f’qawmien mill-ġdid għal din iż-żona. Il-Gvern ser ikompli jagħti l-ħabel lil dan il-proċess b’inizjattivi ġodda.

“Is-sena d-dieħla ser issir ir-rikostruzzjoni tat-triq ta’ taħt is-swar tal-Birgu fuq in-naħa tal-Kalkara. Iżda l-iżvilupp l-aktar importanti fix-xhur li ġejjin ser ikun il-publikazzjoni ta’ brief għall-Baċir Numru 1 u l-inħawi tal-madwar. L-għan aħħari hu li x-xatt ta’ Bormla jiġi riġenerat u jingħata ħajja ġdida l-istess bħal ma qed isir fil-Birgu,” temm jgħid il-Ministru Mugliett.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow