Left arrow Go Back

L-EKO KONTRIBUZZJONI HIJA PASS KONKRET FAVUR L-AMBJENT TA’ PAJJIZNA

PR1189
Date Icon 17/07/2004

L-introduzzjoni ta’ eko kontribuzzjoni tixhed l-impenn tal-Gvern li jinvesti favur l-ambjent ta’ pajjizna u hija wkoll azzjoni konkreta wara hafna snin ta’ kritika u dikjarazzjonijiet biss.

Bl-introduzzjoni ta’ l-eko kontribuzzjoni kif imhabbra fid-diskors tal-Budget tas-sena l-ohra, l-Gvern qed jaghmel pass iehor fit-tfassil u fit-twettiq ta’ politika ambjentali sostenibbli li tinkludi l-immaniggjar ta’ l-iskart.  L-ahhar xhur wrew bic-car li l-Gvern qed izomm mal-pjan tieghu u wara l-eghluq tal-mizbliet tal-Maghtab u tal-Qortin f’Ghawdex fl-ahhar t’April li ghadda, beda wkoll il-pjan biex dawn is-siti jkunu riabilitati.  

Tajjeb infakkru li strategija ghall-immaniggjar ta’ l-iskart tiswa l-flus u ghal din is-sena biss l-ispiza mistennija tlahhaq l-Lm4 miljuni.  Dan minbarra numru ta’ progetti kapitali li fis-snin li gejjin mistennija jlahhqu ghal madwar €32 miljun fit-tliet snin li gejjin.  

Bl-introduzzjoni ta’ eko kontribuzzjoni, l-Gvern mhux qed ifittex li jiffinanzja n-nefqa kollha ppjanata ghal dan is-settur, imma hija biss l-ewwel pass konkret biex naslu f’punt li f’pajjizna nhaddmu l-principju li min iniggez ihallas (polluter pays principle).   

Bhalma dejjem ghamel sa’ issa, il-Gvern lest li jibqa’ jisma u jiehu s-suggerimenti biex din il-mizura tithaddem ahjar u b’mod aktar effettiv, inkluz bis-suggerimenti ta’ l-ghaqdiet ambjentali.  Dan intwera bic-car meta l-Gvern ha suggerimenti tal-Federazzjoni ta’ l-Industriji biex titwaqqaf kummissjoni bl-iskop li ttejjeb u tiffacilita t-thaddim ta’ din il-mizura.  Dawn il-konsultazzjonijiet ser jibqghu ghaddejjin ukoll fil-jiem li gejjin.  

M’huwiex minnu li l-Gvern ma kienx car fuq l-introduzzjoni ta’ din il-mizura.  Il-Gvern qaghad attent li din il-mizura ma zzidx il-burokrazija bla bzonn. Kif intqal diga, il-kontribuzzjoni ser tingabar permezz ta’ dikjarazzjoni li ser tigi annessa mad-denunzja tal-VAT. B’hekk mhux ser ikun hemm bzonn li jimtlew formoli zejda imma jigu indikati l-ammonti ta’ oggetti li taghhom tkun ser tingabar il-kontribuzzjoni. L-abbozz ta’ ligi ta’ l-eko kontribuzzjoni huwa pubbliku u fih hemm ir-rati li qed ikunu proposti fuq ghazla ta’ prodotti, kif ukoll id-dettalji kollha dwar kif se tithaddem il-mizura.  

L-introduzzjoni ta’ eko kontribuzzjoni ma tistax tkun posposta ghaliex hija parti importanti minn programm ambizzjuz ta’ tfassil ta’ strategija ghall-immaniggjar ta’ l-iskart.  Il-Gvern hu determinat li jibqa’ ghaddej bil-pjan tieghu biex il-problema tal-immaniggjar ta’ l-iskart f’pajjizna tkun indirizzata darba ghal dejjem.  

Fuq kollox, bl-introduzzjoni ta’ eko kontribuzzjoni, l-Gvern qed jimmira li jasal biex johloq xejriet godda ta’ konsum, li permezz taghhom is-socjeta’ Maltija taghti kaz iktar li taghzel prodotti li jhallu l-anqas impatt negattiv possibli fuq l-ambjent ta’ madwarna. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow