Left arrow Go Back

APPOĠĠ MILL-GVERN LIL 15-IL ORGANIZZAZJONI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

PR1185
Date Icon 16/07/2004

“Hemm bżonn li l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jaħdmu aktar flimkien għall-ġid tal-kommunitajiet Maltin”. Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Louis Galea meta iltaqa ma’ ħmistax-il organizzazjoni taż-żgħażagħ li ingħataw appoġġ finanzjarju mill-Ministeru.  Louis Galea tkellem dwar l-importanza tan-‘networking’ bejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ biex flimkien ikunu jistgħu jiksbu aktar u jkunu aktar effettivi.  Hu qal li għalkemm kull organizzazzjoni ikollha l-iskopijiet u s-setturi partikolari li fuqhom tiffoka l-organizzazjonijiet kollha għandhom l-iskop li jaħdmu favur il-komunitajiet tagħhom.  

Bħala parti mill-programm ta’ appoġġ u assistenza lill-organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol jidentifika numru ta’ organizzazzjonijiet li fix-xogħol tagħhom, jwettqu attivitajiet u inizjattivi li minnhom jibbenefikaw il-komunitajiet ta’ madwarhom.  Kull sena isiru żewġ selezzjonijiet u għall-perijodu Lulju – Diċembru 2004 inħatar kumitat apposta b’rappreżentanza tal-Ministeru, tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u tat-taqsima tal-programmi Ewropej (EUPU) biex jagħżlu numru ta’ organizzazzjonijiet.  Il-Kumitat għażel ħmistax-il organizzazzjoni minn fost 29 li applikaw għall-assistenza u alloka madwar Lm4,000.  L-organizzazzjonijiet magħżula huma:  

·        Malta Girl Guides Association

·        Kooperattiva Kummerċ Ħieles

·        Inizjamed

·        Life Cycle Organisation

·        Żgħażagħ Ħaddiema Nsara

·        Mosta Youth Empowerment Programme

·        Kumitat Festa Esterna – Dingli

·        Faith Alive Teens

·        Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ

·        Moviment Graffitti

·        Gozo Youth Voluntary Group

·        Żgħażagħ Azzjoni Kattolika

·        The Helping Hands Group

·        Adolescent Group of Żabbar

·        Kerygma

L-għażla saret skond kriterji stabbiliti u l-preferenza ingħatat lil dawk l-organizzazzjonijiet li ma kienux ingħataw għajnuna fl-ewwel nofs tas-sena, lil-dawk li wettqu programmi innovattivi, lil dawk l-organizzazzjonijiet li wrew li huma kapaċi jiksbu fondi minn bnadi oħra u lil dawk l-organizzazzjonijiet li jwettqu ħidma li taqbel ma dik tal-programmi tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol.  

Il-Programm ta’ appoġġ jinkwadra tajjeb ma’ l-iskopijiet tal-Kummissjoni Ewropeja dwar l-attivitajiet volontarji fejn hu mistenni li l-pajjiżi membri jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-organizzazzjonijiet li huma attivi fis-soċjeta’ u fil-volontarjat taż-żgħażagħ.  

Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tal-Politika taż-Żgħażagħ hi li jingħata appoġġ lill dawk l-organizzazzjonijiet li jippromwovu d-demokrazija, l-paċi, il-parteċipazzjoni, ix-xogħol, l-inklużjoni soċjali, id-drittijiet tal-bniedem, il-ħarsien ta’ l-ambjent u d-djalogu bejn ir-reliġjonijiet.  

F’dawn l-aħħar sentejn 56 organizzazzjoni taż-żgħażagħ ingħataw appoġġ finanzjarju ta madwar Lm 20,000 mill-Gvern.  Is-sejħa għall-applikazzjonijiet li jmiss issir f’Novembru li ġej. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow