WIRJA MINN STUDENTI TA’ L-MCAST
“Opportunitajiet fejn l-istudenti jkunu jistgħu jesibixxu t-talent u x-xogħol tagħhom huwa ta’ vantaġġ enormi għalihom għaliex dawn iżidu l-konnessjoni tad-dinja tax-xogħol ma’ l-istudju tagħhom. Barra minn hekk, eżerċizzji bħal dawn jgħollu l-moral ta’ l-istudenti u jgħinhom jemmnu aktar fihom nfushom.” Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Louis Galea, waqt il-ftuħ tal-wirja ta’ proġetti mill-istudenti ta’ l-Istitut ta’ l-Arti u d-Disinn ta’ l-MCAST li ser tibqa’ miftuħa sal-25 ta’ Lulju, 2004.
B’kollox hemm 34 proġett ta’ studenti li qed jagħmlu kors ta’ l-Edexcel BTEC/MCAST First Diploma u National Diploma in Art and Design. Hemm interess kbir f’dawn iż-żewġ korsijiet, fil-fatt kien hemm żieda ta’ 50 fil-mija fin-numru ta’ studenti li attendew dawn il-korsijiet mis-sena l-oħra. Dan in-numru huwa mistenni li jkompli jikber fis-sena skolastika li ġejja u huwa mistenni li l-popolazzjoni kollha ta’ l-Istitut tlaħħaq it-300 student/a.
Il-korsijiet ta’ l-Istitut ta’ l-Arti u d-Disinn jgħinu lill-istudenti jaħsbu b’mod prattiku, jifhmu għaliex u kif jaħdmu l-makni, jagħrfu n-natura tal-materjali li jaħdmu bihom u jifhmu r-rilevanza tat-teoriji, it-teknoloġija, il-matematika. Dan għaliex it-tagħlim li jingħata lil dawn l-istudenti huwa mhux biss teoritiku, iżda wkoll prattiku.
Il-Ministru qal li “din is-sistema ta’ prattika imħaddma b’għaqal u b’regolarità fil-kulleġġ ta’ l-MCAST trid issir ukoll parti integrali fl-iskejjel u l-kulleġġi kollha biex l-istudenti jkollhom aktar esperjenza hands-on meta jibdew jaħdmu.”
Other Press Releases:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942