Left arrow Go Back

DONAZZJONI TA’ IKTAR APPARAT GĦALL-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX

PR1176
Date Icon 15/07/2004

Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono, irċeviet donazzjoni ta’ apparat mill-għaqda: Ħbieb tal-Morda u ta’ l-Anzjani f’Għawdex, waqt preżentazzjoni li saret illum fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Filwaqt li laqgħet id-donazzjoni ta’ emergency trolley, low-suction apparatus, spin dryer, u apparat u aċċessorji oħra, għall-użu fid-diversi swali ta’ l-isptar, il-Ministru għal Għawdex irringrazzjat lill-Ħbieb tal-Morda u ta’ l-Anzjani f’Għawdex għal din l-għotja. Hija qalet li sa mit-twaqqif tagħha fl-1988, din l-għaqda dejjem tat sostenn kbir lill-oqsma tas-saħħa u dak soċjali f’Għawdex għaliex tinvolvi ruħha f’diversi inizjattivi.  

Din l-għotja tikkumplimenta għotjiet oħra li saru lill-Isptar Ġenerali t’Għawdex matul dawn l-aħħar xhur u snin, u b’mod partikolari l-għotjiet li għamlet din l-għaqda matul dawn l-aħħar snin.  

Il-Ministru għal Għawdex fakkret kemm il-ħidma min-naħa tas-settur volontarju, b’mod partikolari fil-qasam socjali, hija waħda ħajja f’Għawdex. Hija qalet li l-Ħbieb tal-Morda u ta’ l-Anzjani f’Għawdex hija għaqda volontarja li llum hija magħrufa sew għax-xogħol siewi li twettaq matul is-sena, b’riżq il-pazjenti fl-isptar u l-anzjani b’mod ġenerali.  

Filwaqt illi ferħet lill-membri ta’ din l-għaqda għall-impenn sħiħ tagħhom lejn dawn iż-żewġ oqsma tassew importanti, sabiex finalment l-Għawdxin jkunu jistgħu jgħixu kwalita’ ta’ ħajja aħjar, hija nkoraġġiet lil iktar għaqdiet sabiex bħall-Ħbieb tal-Morda u l-Anzjani f’Għawdex iwettqu inizjattivi b’riżq l-oħrajn.  

Il-Ministru għal Għawdex fakkret dwar l-impenn min-naħa tal-Gvern sabiex il-qasam u s-servizzi tas-saħħa f’Għawdex ikunu ta’ l-ogħla kwalita’. Hija qalet li mill-1999 sa llum l-amministrazzjoni preżenti nvestiet iktar minn Lm1.25 miljun għal titjib kapitali fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Dan minbarra li fittxet li tkompli ttejjeb is-servizzi pprovduti permezz ta’ żieda fl-istess servizzi u fl-efficjenza li biha jingħataw.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow