IL-MINISTRU ZAMMIT DIMECH JATTENDI LAQGĦA TAL-MINISTRI TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA TA’ L-UE
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech, għadu kif attenda laqgħa għall-Ministri ta' l-Edukazzjoni u Kultura li nżammet f'Rotterdam, l-Olanda, fuq iniżjattiva tal-Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea.
F'din il-laqgħa kienu diskussi diversi inizjattivi rigward kif l-edukazzjoni u l-kultura għandhom jingħataw dejjem aktar importanza fi ħdan il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għax dan huwa l-mod li bih l-Unjoni Ewropea ssir l-aktar grupp ekonomikament b'saħħtu fis-snin li ġejjin.
Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Zammit Dimech tkellem dwar l-importanza ta' avvenimenti Ewropew li jgħaqqdu flimkien il-Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea, fuq il-ħtieġa ta' djalogu kulturali ma' reġjuni oħra, u dwar l-importanza ta' l-istorja marittima ta' ħafna pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, inkluż ta' Malta , u r-rabtiet li dik l-istorja għandha mal-kultura Ewropea.
Matul il-laqgħa kienu diskussi miżuri ġodda li se tkun qed tieħu l-Kummissjoni Ewropea sabiex xogħlijiet ta' l-arti jkunu jistgħu faċilment jintwerew f'pajjiżi Ewropej diversi mingħajr xkiel, u kif għandu jkun hemm ukoll politika favur aktar skambji kulturali bejn artisti u gruppi teatrali fi ħdan il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea. Aktar tard din is-sena Malta ser ittella' esibizzjoni interessanti ħafna fuq il-preistorja u t-tempji ta' pajjiżna f'wieħed mill-aktar mużewijiet prestiġġjużi f'Amsterdam, l-Olanda.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950