DISKORS MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU GHALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOCJALI, WAQT LAQGHA TA’ KONSULTAZZJONI FUQ IL-KONVENZJONI DWAR IL-HARSIEN U L-PROMOZZJONI TAD-DRITTIJIET U D-DINJITA’ TAL-PERSUNI B’DIZABILITA’ – SALINA - IT-TLIETA, 13 TA’ LULJU
Il-Gnus Maqghuda ilha mill-1981 tahdem ufficjalment biex il-persuni b’dizabilita’ u l-familji taghhom ikollhom verament opportunitajiet indaqs u l-oghla kwalita’ ta’ hajja possibbli. Fil-fatt fl-1981, il-Gnus Maqghuda ddedikat dik is-sena bhala s-Sena Internazzjonali tal-Persuni b’Dizabilita’. Din is-sena verament holqot gharfien kbir favur dan il-qasam f’Malta u fid-dinja kollha. Serviet ukoll bhala bidu ghall-aktar hidma mill-Gnus Maqghuda.
Sentejn wara, din l-organizzazzjoni dinjija harget il-Programm Dinji ta’ Azzjoni ghall-Opportunitajiet Indaqs ghall-Persuni b’Dizabilita’. Dan il-programm serva ta’ gwida tajba hafna ghall-gvernijiet tad-dinja kollha biex huma jahdmu sew f’din id-direzzjoni. Ghaxar snin wara, dan il-programm gie tradott f’Regoli Standard li taw direzzjoni aktar konkreta u cara lill-membri ta’ x’ghandhom jaghmlu biex dan il-programm jigi segwiet fil-prattika. Pero’ dawn ir-regoli kienu biss linji gwida u ma kellhomx is-sahha legali mehtiega biex ikunu effettivi sal-massimu possibbli.
Sentejn ilu, grupp ta’ pajjizi mmexxija mill-Messiku pproponew li hemm bzonn li l-Gnus Maghquda timxi ghal pass li jmiss, jigifieri li tohloq strument legali li permezz tieghu l-pajjizi membri jkunu obbligati li jahdmu b’mod konkrett u konsistenti favur id-drittijiet tal-persuni b’dizabilita’. Dan l-istrument legali jissarraf f’din il-Konvenzjoni li qed tigi diskussa bhalissa fil-Gnus Maghquda.
Malta , l-ewwel bhala membru prospettiv u issa bhala membru ta’ l-Unjoni Ewropea, segwiet lil pajjizi ta’ l-Unjoni f’din id-diskussjoni. L-Unjoni Ewropea hi favur kompletament li din il-Konvenzjoni ssir u hi herqana li ssir bl-ahjar mod possibbli. Fil-fatt il-pajjizi ta’ Unjoni qed jiltaqghu regolarment qabel il-laqghat tad-diskussjoni fil-Gnus Maghquda biex huma jkollhom pozizzjoni wahda li allura jkollha aktar sahha. Fil-limitazzjonijiet taghha, Malta , permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’, qed taghti l-kontribut shih taghha l-aktar fid-diskussjoni li qed isir fuq livell Ewropew.
Id-diskussjoni prezenti lahqet stadju interessanti hafna. Sar abbozz minn grupp ta’ pajjizi u issa dan l-abbozz qed jigi diskuss fid-dettal mill-pajjizi kollha tal-Gnus Maghquda. Kienet idea tajba hafna li giet organizzata din il-konferenza biex jigi diskuss dan id-dettal. Hu importanti li l-persuni b’dizabilita’ nfushom u dawk li jahdmu f’dan is-settur mhux biss jinzammu nfurmati b’dak li qed isir imma ukoll, u forsi aktar importanti, jesprimu l-opinjonijiet validi taghhom f’din id-diskussjoni. Il-Gvern Malti mhux biss hu favur din il-Konvenzjoni u qed jaghti l-kontribut shih tieghu biex din il-Konvenzjoni ssir realta’ imma ukoll irid jisma’ x’ghandhom xi jghidu dawk li qeghdin quddiem nett f’din il-hidma biex hu min-naha tieghu, sa fejn hu possibbli, jressaq dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Malta hi lesta li taghti l-kontribut taghha.
Fil-fatt, niehu pjacir nghid li fuq il-livell legali, Malta tinsab fost dawk quddiem nett. Il-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Dizabilita’) hi meqjusa bhala ligi tajba hafna u li tirifletti sew il-hsibijiet l-aktar avvanzati f’dan is-settur. Il-Ligi taghna tinkorpora tajjeb hafna ma’ l-abbozz tal-Konvenzjoni propost. Dan ma jfissirx li ma hemmx x’isir. Iffisser li s-socjeta’ taghna, illum aktar minnqatt qabel, taghraf b’mod konkret li trid tkun pro-attiva biex il-persuni b’dizabilita’ jkollhom sehem shih fil-hajja.
Fuq il-livell Ewropew ukoll sar hafna progress. Fil-fatt, fl-2003, il-Parlament Ewropew dahhal direttivi li permezz taghhom gie ddikjarat illegali kull diskriminazzjoni fil-qasam tax-xoghol inkluz minhabba dizabilita’. Il-pass li jmiss, u li diga’ hemm diskussjoni inizjali dwarha hi li l-Parlament Ewropew jillegizla biex din id-diskriminazzjoni kontra persuni b’dizabilita’ u setturi ohra vulnerabbli tas-socjeta’ tigi ddikjarata llegali ssir fejn isir, mhux biss fuq il-post tax-xoghol.
Naturalment wahda mill-akbar sfidi li kull pajjiz jiffaccja hi kif ahna nghaddu mill-kliem ghall-fatti. Jigifieri kif dawn il-Ligijiet inkluz din il-Konvenzjoni tista’ tissarraf b’mod rejali f’mizuri konkreti favur il-persuni b’dizabilita’ u l-familji taghhom. Ghaldaqstant, minkejja li d-diskussjoni tal-lum se tikkoncentra fuq dokument legali, hu tajjeb li niftakru li dan id-dokument irid ikun wiehed rejalistiku u li jkollu miri li minkejja li jkunu xi ftit gholjin, imma xorta wahda jkunu jistghu jintlahqu.
Il-Gvern Malti, bhal ma ghamel fil-passat, hu kommess li jkompli jahdem f’dan il-qasam biex jassigura li verament hadd fis-socjeta’ taghna ma jibqa’ lura. Il-Gvern hu konvint li din il-Konvenzjoni, meta ssir rejalta’, se tghin biex il-persuni b’dizabilita’ mhux biss ma jibqghux lura fis-socjeta’ taghna, imma jsiru dejjem aktar protagonisti bhal kull cittadin iehor Malti.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950