IL-BAJJA TA’ BIRZEBBUGIA
B’referenza għall-istqarrija tas-Sindku ta’ B’Bugia, id-Divizjoni tas-Saħħa tixtieq tikkjarifika dawn il-punti:
Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jerġa’ jikkonferma li l-Bajja ta’ B’Bugia hija tajba għall-għawm. Kampjuni minn sitt siti fil-Bajja ta’ B’Bugia, tul il-kosta mill-Qajjenza sa’ Wied Buni, jittieħdu ta’ kull ġimgħa; u f’dawn id-disa’ ġimgħat, inkluzi dawk li nġabru l-bieraħ, kollha jirrizultaw li m’hemm l-ebda kontaminazzjoni mid-drenaġġ.
Tlett snin ilu, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika identifika diversi portijiet u daħliet magħluqa specjalment fejn ikun hemm koncentrazjoni ta’ inġenji tal-baħar, tul il-kosta ta’ Malta , bħala postijiet fejn m’għandux isir għawm. Wieħed minn dawn il-postijiet jinsab f’Birzebbugia, proprju minn quddiem il-kappella z-zghira fi Triq B’Bugia sal-moll fi Triq Dawret il-Qalb Mqaddsa. Dawn il-postijiet huma identifikati minn tabelli mwaħħla mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Dawn is-siti gew dikjarati bhala zoni mhux tajba għal għawm mhux minħabba li l-baħar huwa kkontaminat mid-drenaġġ izda minħabba nuqqas ta’ cirkulazjoni ta’ l-ilma baħar li jista’ jkun hemm f’dawn it-tip ta’ zoni.
Ta’ kull ġimgħa, il-Kunsill Lokali ta’ B’Bugia, bħal kunsilli lokali kollha, jintbagħtlu rapport rigward il-klassifikazzjoni taz-zoni kollha li jigu analizzati mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Il-Kunsill Lokali ta’ B’Bugia, matul dan lis-staġun, qatt m’għamel l-ebda rapport rigward xi żbroff ta’ drenaġġ fl-ebda sezzjoni tad-Dipartiment tas-Sahha Pubblika.
Ghal aktar informazzjoni fuq il-programm ta’ monitoraġġ għal kwalita’ ta’ l-ilma baħar li jniedi id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika wieħed jista’ jżur: http://www.health.gov.mt/dph/ehuhome.htm
Other Press Releases:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942