TINDIF FIL-MASGAR TA’ HAZ-ZABBAR
Fuq inizjattiva kongunta bejn il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura u l-Kunsill Lokali ta’ Haz-Zabbar giet organizzata Clean Up fl-inhawi tal-Masgar ta’ Haz-Zabbar, maghruf bhala l-Masgar taz-Zebbug.
Meta zar l-attivita` l-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit fahhar din l-inizjattiva u awgura li attivitajiet simili jkunu organizzati fuq bazi regolari minn Kunsilli Lokali ohra. Il-Ministru Zammit li kien imdawwar mal-masgar mis-Sindku tal-lokal is-Sur Domenic Agius, fahhar ukoll l-impenn ta’ diversi voluntiera li kienu nvoluti fil-Clean Up, fosthom ammont konsiderevoli ta’ zghazagh mill-Iscout Group tal-lokalita`.
F’kelmtejn lill-gurnalisti prezenti l-Perit Zammit spjega li ghal bosta snin dan il-masgar u dawn l-inhawi servew ta’ mizbla ghal dawk in-nies li kienu jarmu b’mod irresponsabbli. Dan il-post tnaddaf kemm il-darba, izda ripetutament baqa` jkun ta’ attrazzjoni biss ghall-persuni li jarmu l-iskart. Il-Ministru Zammit qal li fl-ahhar xhur ittiehdet id-decizjoni li dan il-masgar jinbidel f’Park Regjonali u jitgawda mir-residenti ta’ Haz-Zabbar u min-nies tal-Kottonera.
Sar xoghol siewi minn diversi taqsimiet fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura biex din iz-zona tigi mnaddfa minn kull tip ta’ skart partikolarment materjal mill-industrija tal-kostruzzjoni. F’hidma koordinata, sar ukoll xoghol ta’ bini ta’ diversi hitan tas-sejjieh u passaggi attraenti li jikkumplimentaw iz-zona li issa, saret attrazzjoni ghar-rikreazzjoni ghall-familji ta’ l-inhawi.
Fl-attivita` ppartecipaw attivament ukoll haddiema mid-divizjoni tax-xoghlijiet li naddfu t-triq principali biswiet il-masgar. Id-dipartiment ha hsieb ukoll li jissupplixxi l-ingenji u l-ghodda kollha li gew utilizzati f’din l-attivita`. Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura fahhar l-inizjattiva u l-kooperazzjoni li tezisti bejn bosta Kunsilli Lokali u l-Ministeru u heggeg ghal iktar koordinament bejn iktar kunsilli u l-Ministeru.
Finalment il-Ministru Ninu Zammit tenna li jkun kollu ghalxejn li l-Gvern jaghmel hiltu kollha biex inaddaf il-pajjiz, jekk jibqa’ jkun hemm nies irresponsabbli, li minkejja s-servizzi ta’ gbir ta’ skart goff b’xejn, jibqghu jarmu u jhammgu fejn gie gie. Fi tmiem tad-diskors tieghu il-Ministru Ninu Zammit appella ghal iktar sens civiku mill-Maltin u l-Ghawdxin, sabiex pajjizna nzommuh nadif u hieles mill-iskart f’zoni rurali.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en