SER JINGĦALAQ L-IMPJANT TAL-ĦAŻNA TAŻ-ŻEJT U FUEL ‘31 TA’ MARZU 1979’
Il-Gvern iwaqqaf il-proċess ta’privatizzazzjoni ta’ l-MOBC u jħabbar il-bidu tal-proċess tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ l-operat taż-żjut ta’ l-Enemalta.
Ser jibda l-proċess biex jingħalaq l-impjant tal-ħażna taż-żejt u fuel, ‘31 ta’ Marzu 1979’, li jinsab fiz-żona residenzjali ta’ Birżebbuġa. Id-deċiżjoni tħabbret mill-Ministru għall-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, l-Onor. Austin Gatt, waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha l-membri ta’ l-istampa ġew mgħarrfa b’numru ta’ deċiżjonijiet li ħa l-Gvern dwar il-qasam taż-żejt f’Malta.
Minbarra l-egħluq ta’ dan l-impjant, il-Ministru Gatt ħabbar ukoll li l-Gvern ser jwaqqaf il-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Malta Offshore Bunkering Company (MOBC), u ser jagħti bidu għall-proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ l-operat taż-żjut ta’ l-Enemalta.
Dwar l-egħluq ta’ l-installazzjoni f’Birżebbuġa, il-Ministru Gatt spjega li dan l-impjant, li ilu mibni mil-1919, kien inbena f’żona li eventwalment ġiet żviluppata f’waħda residenzjali. Matul dawn is-snin, l-impjant kien il-kawża ta’ żjut li jippenetraw fil-blat u jerħu fil-baħar. Dan l-impjant ħalla effett negattiv fuq il-valur tal-propjetà privata. Mhux biss, iżda kellu impatt negattiv fuq l-ambjent viżwali ta’ Birżebbuġa, u effett negattiv fuq il-kwalità ta’ ħajjet ir-residenti ta’ Birżebbuġa. Huwa ppjanat li dan l-impjant jingħalaq bejn l-2005 u l-2007. Dan ser iwassal biex eventwalment il-Gvern jirriabilita ż-żona, u jibni tankijiet ġodda biex iservu l-ħtiġijiet ta’ Malta .
Il-Ministru Gatt spjega li Malta trid timxi mad-direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea, li jkollha ħażna ta’ fuel li jippermettu lil pajjiż jibqa’ jopera għal disgħin jum. Id-direttiva tgħid li: “Iż-żjut huma importanti għall-provvista ta’ l-enerġija fil-Komunità. Kull diffikultà li tnaqqas il-provvista tista’ tinterrompi b’mod gravi l-attivitajiet tal-Komunità u twassal għal kriżijiet serji ta’ provvista. Biex ikunu evitati dawn il-problemi d-direttiva tobbliga lill-Istati Membri jżommu ħażniet minimi ta’ dawn il-prodotti.”
It-tabella ta’ hawn taħt turi s-sitwazzjoni preżenti, u kif trid tkun sa’ l-2007 fejn jirrigwarda l-ħażniet tal-fuel.
2003 | 2005 | 2007 | |
Żjut għall-Ajruplani | 40 jum | 55 jum | 90 jum |
Jet Fuel | 45 jum | 60 jum | 90 jum |
Pitrolju u Diesel | 45 jum | 60 jum | 90 jum |
Żjut oħra | 45 jum | 60 jum | 90 jum |
Għal dan il-għan, il-faċilitajiet ta’ ħażna li kien hemm fl-MOBC, issa ser jgħaddu għand l-Enemalta, biex jintużaw għal dan l-iskop.
Fil-fatt il-Ministru Gatt ħabbar li, kemm minħabba l-ħtieġa ta’ ħażna, kif ukoll minħabba li l-prospetti ta’ privatizzazzjoni ma kienux qed ilaħħqu ma’ l-aspettattivi tal-Gvern, il-Gvern iddeċieda li jwaqqaf il-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ l-MOBC. Il-Gvern iddeċieda wkoll li l-MOBC tieqaf topera. B’hekk il-Gvern ser joħroġ mill-operat tal-bunkering u jħalli lis-settur privat jopera. B’riżultat ta’ din id-deċiżjoni, l-Enemalta ser tieħu l-faċilitajiet ta’ l-MOBC għall-ħażna tal-fuel. Ta’ min iżid li l-impjegati tekniċi u amministrattivi ta’ l-MOBC ser jiġu integrati fl-Enemalta.
It-tielet deċiżjoni li ħa l-Gvern tirrigwarda l-kummerċjalizzazzjoni tas-settur taż-żjut ta’ l-Enemalta. Il-Gvern jemmen li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tiffoka fuq l-core operations tagħha, jiġifieri l-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-enerġija elettrika. Apparti dan, fl-2006, is-settur ta’ l-importazzjoni taż-żjut irid jiġi liberalizzat. Il-Ministru Gatt spjega li d-deċiżjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ din is-sezzjoni ser twassal biex il-Korporazzjoni Enemalta ma titlifx l-assi li għandha, u fl-istess waqt tista tieħu waħda minn dawn il-forom :-
• Strategic partnership;
• Joint venture;
• Public Private Partnership (PPP);
• Kirja u operazzjoni
Austin Gatt spjega li l-vantaġġ ta’ dawn l-għażliet huwa li l-Enemalta u pajjiżna jgawdu minn sinerġija ma’ kumpaniji multi-nazzjonali. Fl-istess waqt, titjieb il-kompetittività ta’ Malta, niġbdu investiment barrani, nisfruttaw aħjar l-assi ta’ l-Enemalta, nżidu d-dħul għall-Enemalta u ntejbu l-amministrazzjoni u management ta’ l-impjanti.
Ghal mistoqsija dwar il-prezz taż-żjut, il-Ministru Gatt spjega li jekk wieħed jipparaguna l-prezz tal-fuel kif jinxtara mill-konsumatur f’Malta, ma’ l-prezz li bih jinxtara fl-Ewropa, l-verita’ hi li Malta hija wieħed mill-irħas pajjiżi fejn dan jiġri. It-tabella li ssegwi hawn taħt, tikkonferma dan il-fatt.
2003 | 2005 | 2007 | |
Żjut għall-Ajruplani | 40 jum | 55 jum | 90 jum |
Jet Fuel | 45 jum | 60 jum | 90 jum |
Pitrolju u Diesel | 45 jum | 60 jum | 90 jum |
Żjut oħra | 45 jum | 60 jum | 90 jum |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950