Left arrow Go Back

IL-PROCESS GHALL-PERMESS TA’ L-ENGINEERED LANDFILLS SKOND IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-MEPA

PR115
Date Icon 02/02/2004

It-thejjija ta’ l-Environmental Impact Assessment (l-EIA) u l-process kollu biex johrog il-permess ghall-bini ta’ l-interim engineered landfills qed isiru skond il-parametri u l-kundizzjonijiet mahruga mill-Awtorita` Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u skond id-direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-EIA’s. 

Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit qal dan b’reazzjoni ghall-kritika li saret waqt Konferenza ta’ l-Ahbarijiet organizzata mill-Alternattiva Demokratika dwar l-engineered landfillstemporanji f’Tal-Maghlaq u Qasam il-Kbir. Il-Ministru Ninu Zammit tenna li l-Gvern mexa` skond id-direttiva msejha Water FrameworkDirective ta’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll skond id-direttiva dwar l-engineered landfills li tistipula li jkun hemm sorveljanza u kontroll kontinwu biex ikun garantit li ma ssirx hsara lill-ambjent, la waqt il-bini ta’ l-engineered landfills, la waqt l-operat u lanqas wara. 

Ninu Zammit fakkar li l-engineered landfills temporanji se jservu bejn sentejn u nofs u tlett snin, sakemm jitlesta l-qtugh tal-blat fl-engineered landfill ta’ l-Ghallis li ghandha sservi ghal madwar 20 sena. Hu kompla jispjega li bhalissa ghadu ghaddej l-EIA fuq il-bini ta’ l-engineered landfillpermanenti fl-Ghallis. 

Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit temm jghid li Malta ghamlet il-pozizzjoni taghha ma’ l-Unjoni Ewropea dwar l-immaniggjar ta’ l-iskart kollu. Fic-cirkostanzi ta’ pajjizna dan ifisser li l-ewwel jinghalqu l-mizbliet mhux ikkontrollati bhal Maghtab, jinbnew engineered lanfillssabiex jibda jigi mormi skart b’mod ikkontrollat u fl-ahharnett jibda l-process tar-rijabilitazzjoni tal-mizbliet ezistenti. Dan kollu ser iservi sabiex l-immaniggjar ta’ l-iskart f’pajjizna jkun iktar sostenibbli li jsarraf f’ambjent ahjar ghall-pajizna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow