ADDENDA GĦALL-PRESS RELEASE Nru. 2 BORDIJIET ĠODDA BIEX IMEXXU S-SETTUR TURISTIKU
PR04
06/01/2004
B’riferenza għall-istqarrija maħruġa l-bieraħ mill-Ministeru għat-Turiżmu dwar il-kompożizzjoni tal-Bord ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u bordijiet oħra li jiffurmaw parti mis-set-up organizzattiv tal-MTA, irid jiġi nnutat li l-Ministru għat-Turiżmu “fuq rakkomandazzjoni ta’ dawk l-assoċjazzjonijiet l-oħra li l-Ministru jagħraf bħala li l-aktar jirrappreżentaw setturi oħra li jipprovdu servizzi ta’ l-ivvjaġġar u tat-turiżmu” ħatar ukoll lil:
Lino Farrugia u Victor Gruppetta fil-bord tal-MTA;
Emanuel C. Pace fil-Bord għar-Riżorsi Umani u Servizzi ta’ Appoġġ; u
Michael Upton fil-Bord għall-Iżvilupp tal-Prodott.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en