Left arrow Go Back

DIN IS-SENA SE JIŻDIEDU 1,882 SODDA ĠDIDA FIL-LUKANDI

PR0006
Date Icon 04/01/2004

Bħalissa qed jitwettqu 16-il proġett ta’ lukandi ġodda jew estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti.  Dawn jinvolvu investiment ta’ aktar minn Lm50 miljun u se jipprovdu 2,554 sodda ġodda:   412 f’lukandi 5 Star;  2,012 f’lukandi 4 Star u 130 f’lukandi 3 Star. 1,882 minn dawn is-sodod se jiżdiedu din is-sena. Minbarra dawn il-proġetti hemm ukoll żewġ proġetti oħra li ġew approvati mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu għal ‘self catering clusters’ li jinvolvu investiment addizzjonali ta’ Lm3 miljun.

F’Diċembru li għadda, in-numru ta’ sodod fi stabbilimenti turistiċi flimkien ma’ projezzjonijiet għas-snin li ġejjin, li jirriżultaw minn applikazzjonijiet għal sodod addizzjonali, kien ta’ 50,170.  Ta’ min igħid ukoll illi l-lukandi liċenzjati bħala ta’ ‘5 Star’ kienu jirrapreżentaw 9.3 fil-mija tas-sodod kollha fl-2002, perċentwali li tela’ għal 12.7 fil-mija fl-2004, jew żieda ta’ 3.4 fil-mija f’sentejn.

Waħda mil-lukandi li se tiftaħ din is-sena hi l-Radisson SAS Golden Sands Resort & Spa f’Għajn Tuffieħa. Din il-lukanda se jkollha 642 sodda f’118 one bedroom suites, 73 two bedroom suites u 92 twin rooms standard. Barra minhekk din il-lukanda se jkollha żewġ three bedroom suites u żewġ presidential suites. Il-lukanda se tinkorpora ‘lobby’ spazjuz b’veduti tal-bajja, ristorant b’450 cover, żewġ ristoranti żgħar, cocktail bar, lobby bar kif ukoll diversi lounge areas. Il-lukanda hi ukoll attrezzata biex tilqa’ konferenzi u incentive groups f’ċentru tal-konferenzi ta’ 1,200 metru kwadru.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech żar dan il-proġett fejn kien imdawwar mal-post mid-diretturi tal-Grupp Island Hotels. Hu feraħ lid-diretturi tal-Grupp li f’dan il-proġett għamlu enfasi partikolari fuq l-ambjent tul il-proċess kollu tal-kostruzzjoni. Hu qal li kien twettaq programm ta’ riċiklar fejn il-materjal kollu li kien hemm fil-lukanda l-qadima kien żmantellat bil-ħadid u l-aluminju jinħatt u jitattan biex jiġi esportat. 40,000 metru kubu mil-50,000 metru kubu ta’ materjal li ġie ġenerat meta twaqqgħet l-lukanda l-qadima, ntuża għat-toroq ġodda u passaġġi fil-lukanda l-ġdida.

“Il-pjani tal-Gvern kif imħabbra fil-budget huma li din is-sena, u fis-sentejn ta’ wara, ikun hemm żieda ta’ 50,000 turist fis-sena. Ninsab infurmat li l-lukandi l-ġodda li se jiftħu din is-sena għandhom jiġġeneraw bejniethom 37,500 viżitatur li madwar 27,000 minnhom ikun negozju ġdid,” qal il-Ministru Francis Zammit Dimech li żied jinnota li bħala riżulat ta’ legislazzjoni ġdida, din is-sena se jsir eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni ta’ stabbilimenti tal-catering u ta’ holiday furnished premises. Hu qal li hemm 3,000 stabbiliment tal-catering maqsuma f’1,000 ristorant u 2,000 bar u 1,200 holiday furnished premises.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura irringrazzja lid-diretturi tal-Island Hotel Group għall-kontribut li taw fl-imgħoddi u għadhom jagħtu llum bl-investiment li kontinwament jagħmlu f’lukandi  u stabbilimenti ta’ l-ikel. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien ċert li l-Radisson SAS Golden Sands Resort & Spa kienet se tikkontribwixxi biex nilħqu l-miri li stabbilejna għas-settur turistiku.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech żar dan l-iżvilupp ġdid flimkien max-‘Shadow Minister’ għat-Turiżmu l-Onor. Evarist Bartolo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow