Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI: POLITIKA SERJA TAL-GVERN FAVUR IX-XOGĦOL

pr999
Date Icon 28/08/2003
L-istorjamoderna ta’ Malta turi bl-aktar mod ċar li hija l-politika ekonomika u soċjali tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li kattret il-kwantità u l-kwalità ta’ l-impjiegi għall-Maltin.  Mentri l-politika ta’ Gvernijiet Laburisti gabet hafna inkwiet u gwaj għall-ħaddiema u l-familji tagħhom.
Minkejjad-diffikultajiet li għaddejjin minnhom ċerti setturi tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, jibqa’ l-fatt li qatt daqs illum ma kien hawn ħaddiema, nisa, irġiel u żgħażagħ, jaħdmu f’daqstant varjeta’ ta’ impjieg, b’ħafna minnhom ta’ valur għoli.
B’danakollul-Gvern huwa konċernat dwar dawk il-ħaddiema li għal xi raġuni jew oħra qed jitilfu l-impjieg tagħhom.  Filwaqt li l-Gvern ikompli jħaddem politika soċjali ta’ solidarjeta’ li tieqaf ma’ dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom, jibqa’ jagħmel ħiltu kollha biex iġib l-aħjar riżultati ta’ politika li għandha bħala mira xogħol għal kulħadd.
L-istqarrijatal-Kelliem Laburista għall-Protezzjoni Soċjali tirrifletti politika irħisa u antika u ma issemmi lanqas ideja waħda serja li tista’ tkun ta’ xi għajnuna għall-ħaddiema Maltin.  Min irid jagħmel politika serja u kostruttiva, ma jistax biss japprofitta ruhu mis-sitwazzjoni u joħroġ stqarrija meta tagħlaq xi fabbrika u joqgħod jgħajjar lill-Gvern.  Mill-Oppożizzjoni Laburista s-serjeta’ titlob analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika dinjija li Malta hi kostretta topera fiha, u spjega ċara ta’ x’politika alternattiva tissuġġerixxi biex il-pajjiż itejjeb ir-riżultati ekonomiċi tiegħu.
Tajjebwieħed ifakkar li l-Oppozizzjoni Laburista kellha tirrikonoxxi għal darb’ wara oħra li fid-dinja tal-lum diversi aspetti tal-politika ekonomika u soċjali tagħha kienu żbaljati.  Tajjeb wieħed ifakkar li meta kellna Gvernijiet Laburisti din il-politika kienet ġiet imħaddma u ħalliet riżultati ħżiena ħafna.
Il-Gvernpreżenti, filwaqt li qatt ma jaqta` qalbu u għandu fiduċja sħiħa fil-ħila tal-poplu Malti, jaf x’inhi r-rejalta` li l-pajjiż irid jaffaċċja fid-dinja tal-lum. Il-Gvern, minflok jaħbi jew jaħrab din ir-rejalta`, ser ikompli jaffaċċjaha b’rieda sħiħa li jmexxi lill-pajjiż mit-taqlib tal-ekonomiji fid-dinja bl-iskop li pajjiżna jibqa` jaqla` l-għixien tiegħu.
Hugħalhekk li l-Gvern qed jaħdem fuq il-bidliet meħtieġa fl-ekonomija ta’ pajjiżna biex din tilqa` l-isfidi radikali li qed iġib miegħu is-suq dinji. Ekonomiji bil-bosta akbar u b’saħħithom minn tagħna qed jaffaċċjaw il-konsegwenzi ta’ ekonomiji mibnija fuq il-pagi rħas. Terġa`, l-ambjent internazzjonali mimli gwerrer u inkwiet xejn mhu qed jgħin biex fid-dinja, speċjalment fir-regjun Ewro-Mediterranju, jitkattar l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku li għal Malta hu essenzjali biex tikseb riżultati ekonomiċi li jistgħu jissarrfu f’aktar impjiegi.  Il-Gvern jaf li din mhix xi problema ħafifa jew ta’ ftit żmien, iżda jaf ukoll li l-politika u l-istrategija tiegħu huma l-aħjar biex jiggwidaw lill-pajjiż jaffaċċja din ir-rejalta` u joħroġ b’saħħtu minnha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow