Stqarrija konġunta mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u l-GRTU dwar il-qagħda fil-Pitkalija
pr994
26/08/2003
Wara konsultazzjoni mal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, is-Segretarju Permanenti u d-Direttur tal-Agrikoltura fl-istess ministeru, flimkien mad-Direttur Ġenerali tal-GRTU analiżżaw il-proċeduri mħaddma mill-Pitkala fil-Pitkalija Ċentrali f’Ta’ Qali.
Dan l-eżerċizzju sar bil-għan li jkun stabbilit:
- kemm fil-fatt qed jitwarrbu prodotti qabel il-ftuħ tal-Pitkalija għax-xerrejja;
- għal min qed isir dan it-twarrib;
- jekk dan it-twarrib hux qed jaffetwa ħażin il-prezzijiet li jirċievu l-bdiewa u l-ħlasijiet li jħallsu x-xerrejja;
- jekk it-twarrib hux qed joħnoq l-għażla tax-xerrejja b’mod determinanti.
| Mill-analiżi li saret irriżulta li l-bdiewa | jippreferu s-sistema li qed titħaddem fejn parti tal-biegħa tkun imwarrba għal min jordna minn qabel u l-parti l-oħra tibqa’ disponibbli għax-xerrejja, kemm dawk li jkunu ordnaw kif ukoll dawk li jippreferu li ma jordnawx minn qabel. |
| Mill-istess analiżi ħareġ ċar li l-maġġoranza | assoluta li jordnaw minn qabel u li għalihom titwarrab il-biegħa, huma fil-fatt hawkers li jbiegħu ħaxix u frott frisk u sidien ta’ ħwienet li jbiegħu ħaxix u frott. |
| Irriżulta wkoll li l-proporzjon ta’ twarrib ivarja | minn Pitkal għal ieħor, tant li hemm minn iwarrab madwar 5 fil-mija u oħrajn li jwarrbu sa’ 75 fil-mija, skond id-domanda. |
| Fil-ħin tal-ftuħ tal-Pitkalija għax-xerrejja, qed | jibqa’ konsistentament għażla xierqa għal kull min ikun irid jixtri, wara li jara l-biegħa. Il-problemi jinħolqu meta ċertu prodotti jkunu skarsi u dan jiġri minn żmien għall-ieħor fuq prodotti differenti. |
| Il-ħsieb tal-Ministeru hu li jgħaġġel il-proċess | tal-iżvilupp tal-Pitkalija kemm f’dawk li huma faċilitajiet kif ukoll fi proċeduri. Sa ma jitwettaq il-pjan ta’ riforma, l-operat tal-Pitkalija ser jibqa’ jkun sorveljat il-ħin kollu. Il-Pitkala ngħataw struzzjonijiet biex ikun assigurat li l-proporzjon bejn bejgħ ordnat minn qabel u mwarrab, u biegħa disponibbli għax-xerrejja li jmorru l-Pitkalija u jordnaw dak il-ħin, jibqa’ wieħed ġust u mingħajr il-ħtieġa ta’ impożizzjoni ta’ kontrolli ġodda. |
| Il-GRTU, min-naħa tagħha, ser tispjega lix-xerrejja | l-proċeduri li ser jitħaddmu biex ikun assigurat operat aktar effiċjenti u ġust għal kullħadd. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en