Left arrow Go Back

Imħuħ Kreattivi f’Soċjeta' Innovattiva

pr991
Date Icon 26/08/2003
“L-Innovazzjoni, li hi r-riżultat tal-ħsieb kreattiv tagħna, m’għandhiextkun biss limitata għall-industrija u l-kumpaniji. Nemmen u nixtieq nara l-pajjiż kollu jaħdem f’din id-direzzjoni”. Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea, waqt il-ftuħ ta’ laqgħa organizzata mill-Innovation Relay Centre (IRC-Malta) dwar l-innovazzjoni u t-teknoloġija.
IRC – Malta hu parti minn Network Ewropew ta’IRCs u kien beda jsehh f’Diċembru li għadda mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija MCST u hu proġett iffinanzjat mill-Gvern Malti u mill-UE taħt il-Fifth Framework Programme.
“Bħala pajjiż żgħir f’nofs il-Mediterrangħandna nesploraw l-opportunità li niżviluppaw f’Soċjetà ta’ l-Innovazzjoni (Innovation Society)” tenna Louis Galea. Hu qal li d-daqs ta’ pajjiżna u l-kapaċità tagħna biex nitgħallmu, jagħtuna l-opportunità niżviluppaw f’pajjiż ta’ l-innovazzjoni. Biex dan iseħħ irid ikun hemm l-involviment u ta’ kull qasam tas-soċjetà Maltija b’mod partikolari dak edukattiv.
L-IRC ta’ Malta għandha l-iskop li tgħinlill-kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra ta’ riċerka biex ikun hemm trasferiment tat-teknoloġija minn u lejn pajjiżna. L-idea hi li tip ta’ teknoloġija li tkun qed tintuża f’pajjiż, inkluż pajjiżna, tiġi addottata f’industrija jew suq ġdid. B’hekk iż-żewġ pajjiżi jibbenefikaw peress li jkun hemm użu aħjar tat-teknoloġiji eżistenti.
Skop ewlieni ta’ l-IRCs, li minnhom fl-Ewropa u f’diversipajjiżi ġirien hemm mat-68 ċentru reġjonali, hu li jixprunaw l-innovazzjoni u l-ko-operazzjoni bejn il-pajjiżi. Ix-xogħol tal-IRCs hu immirat l-aktar lejn l-industriji ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), iżda jistgħu jgħinu wkoll lill-kumpaniji kbar, istituti tar-riċerka, universitajiet u istituzzjonijiet edukattivi, ċentri tat-teknoloġija u aġenziji ta’ l-innovazzjoni.
Fl-aħħar ħames snin, l-IRCs b’ħidma ta’ko-operazzjoni bejniethom irnexxielhom jwettqu mal-5,000 trasferiment tat-teknoloġija u kienu ta’ għajnuna għal aktar min 65,000 klient.
Għal-laqgħa attendew mal-100 delegat li gejjin minnkumpaniji privati u pubbliċi, organizzazzjonijiet pubbliċi, organizzazzjonijiet edukattivi, Ministeri, partiti politiċi u oħrajn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow