Siltiet mid-diskors tal-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern Dr. Tonio Borg waqt laqgha mal-media biex juri l-progress tax-xoghol fil-Qorti tal-Familja
| It-Twaqqif | tal-Qorti tal-Familja : Bl-impenn tal-Gvern li jwaqqaf il-Qorti tal-Familja fuq il-linji ndikati fil-‘White Paper’ kien deciz li din il-Qorti ssir fil-Bini ta’ l-Annexe fi Strada Stretta, l-Belt. Din id-decizjoni ittiehdet wara li gie ikkunsidrat il-fatt li l-post huwa vicin tal-bini principali tal-Qorti. |
| Fost id-diffikultajiet | li riedu jigu meghluba kien hemm li kellu jinstab post alternattiv ghall-impjegati li kienu jservu fl-Annexe, iz-zewg Registri li issa bdew joperaw fis-sular ta’ isfel tal-bini principali tal-Qorti, post adekwat ghas-Sekond’Awla u Strong Room gdida ghall- affarijiet ta’ valur li huma mizmuma taht il-kura tal-Qorti. |
| Xoghol | ta’ preparazzjoni : Dan ix-xoghol preparatorju sar tul il-granet tax-xoghol minghajr ebda waqfien fl-operat tal-Qorti bejn Lulju u Awissu tal-2002. Ix-xoghol, li sar wara li ntalbu quotations, kien jinkludi l-izmantellar ta’ soffitti, aperturi, lift, apparat ta’ l-arja kundizzjonata u t-trasferiment ta’ l-esibiti ta’ valur fi strong rooms godda. Gie stallat ukoll fibre optic cable gdid sabiex jghaqqad is-sistema ma’ l-ufficcji fil-post alternattiv. Dan ix-xoghol sewa Lm19,000. |
| Hrug | ta’ tenders : Sadanittant thejjew u gew pubblikati ‘tenders’ tat-Tezor ghal alterazzjonijiet, bini ta’ strutturi addizzjonali, xoghol ta’ inginerija u xoghlijiet ohra. Kif jidher f’Appendici A, gew iffrankati eluf ta’ liri fuq dan ix-xoghol. |
| Bidu | ta’ Xoghlijiet Strutturali : F’Ottubru tas-sena li ghaddiet bdew ix-xoghlijiet strutturali li kienu jinkludu: alterazzjonijiet u addizzjonijiet. Dawn kienu jinkludu bdil fil-pjan terran biex issir reception area u security area godda, facilitajiet fejn jiehdu hsieb it-tfal u r-Registru l-gdid ghal Qorti tal-Familja. Sar xoghol ta’ bdil fil-faccata biex jigi f’livell tas-sulari ta’ fuq li kien jinkludi restawr ta’ l-istess faccata u thejja shaft biex ikun jista’ jigi stallat lift gdid. |
| Barra minn hekk | sar xoghol fil-bitha biex jitkabbar l-ispazju ghall-ufficcji, xoghol fit-tieni sular fejn ser ikun hemm it-tieni Awla u fit-tielet sular fejn ser isiru ufficcji ghal mediators u conference room. |
| Thejjew ukoll | ufficcji ghall-avukati u kmamar fejn jinstemghu x-xhieda. Saru xoghlijiet ukoll fir-raba` sular biex ikun hemm ufficini ghal hames Judiciary Teams kif ukoll kamra ghal video link. Fil-hames sular sar xoghol biex ikun hemm ufficcji ghal hames Imhallfin, conference room u waiting room. Dawn ix-xoghlijiet tlestew fi Frar ta’ din is-sena. |
| F’Jannar beda | xoghol ta’ finishing li kien jinkludi t-tqeghid ta’ l-irham, madum u skirting fis-sulari kollha, kisi bil-gypsium u tikhil, twahhil ta’ suffetti, xoghol ta’ restawr fil-poggaman u l-ballavostri tal-kewba fir-raba’ sular u tqeghid ta’ sistema gdida ta’ drenagg, kif ukoll toilets godda f’kull sular. Dan ix-xoghol kien lest sa Mejju 2003. |
| Xoghol | mekkaniku u ta’ inginerija : F’Jannar ukoll inbeda x-xoghol fuq stallazzjoni ta’ sistema gdida ta’ l-elettriku, li kien jinkludi electrical switch gear and controls godda, l-infrastuttura u tqeghid ta’ cables ghat-teknologija ta’ l-informatika, fire alarm u sistemi ta’ arja kundizzjonata u ventilazzjoni ta’ l-arja. |
| F’Marzu beda x-xoghol | fuq stallazzjoni ghal lift fl-Annexe li huwa accessibbli ghal kull sular ghal persuni b’dizabilita. |
| Substation | gdida : F’Marzu 2003 beda x-xoghol strutturali u ta’ alterazzjoni biex tkun tista` ssir substation gdida fil-basement tal-bini principali tal-Qorti. Din is-substation li ser tigi tiswa Lm50,000 ser isservi ghal Qorti kollha, inkluz il-Qorti tal-Familja. Ghal dawn l-ahhar snin, il-Qrati kienu qed ibatu minn nuqqas ta’ provvista ta’ l-elettriku adekwata u dan l-investiment ghandu jservi biex iforni b’mod sufficjenti ghat-talbiet kollha, kif ukoll ghal kull zvilupp li ser isir kemm fil-Qorti u kemm fl-ufficini tal-Gudikatura. |
| Xoghlijiet | mehtiega : Gew ippreparati t-tenders ghal xoghlijiet ohra mehtiega li jinkludu l-aperturi ta’ barra u gewwa, ghamara u xoghol iehor ta’ injam, l-istallazzjoni ta’ sistema PABX tat-telefon, facilitajiet ta’ video link u facilitajiet ta’ sistema ta’ sound recording. |
| Space | Utilisation Project : Il-bini tal-Qorti jinsab fit-triq ewlenija tal-pajjiz u kien ghaqli li jsir l-ahjar uzu mill-art u l-ispazju ta’ dan il-bini. Estenzjoni vertikali tal-Qrati tal-Gustizzja (zieda ta’ sulari) ma kienitx qeda tigi ikkunsidrata fil-passat minhabba li l-bini fil-fazi ta’ kostruzzjoni kien esperjenza problemi strutturali. |
| Madankollu biz-zieda | ta’ xoghol gudizzjarju, il-bzonn ta’ iktar spazju sar vitali ghall-funzjoni tal-Qorti u ghalhekk ried jinstab mezz kif jinghelbu dawn id-diffikultajiet, bil-ghan li jinbena sular iehor fuq il-Qorti. Kien ghalhekk li l-Ministeru tal-Gustizzja f’Mejju tal-2002, inkariga lill-Perit Italo Raniolo li huwa espert u konsulent ewlieni fuq l-istrutturi f’Malta, biex janalizza l-problemi u jipprovdi soluzzjoni biex jinholoq iktar spazju ghall-Qrati tal-Gustizzja. |
| Dan juri kemm dak | li qal il-kelliem ewlieni dwar il-Gustizzja tal-Oppozizzjoni, l-Onor. Avukat Angelo Farrugia huwa `il boghod mill-verita`. Ix-xoghol fuq il-Qorti tal-Familja jinsab fi stadju avvanzat, tant li hu mistenni li l-Qorti tibda tiffunzjoni sa l-ahhar tas-sena. |
| L-Onor. Farrugia | qajjem ukoll diversi punti ohra, fosthom l-ittra li s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, kiteb lid-Direttur Generali tal-Qrati fejn allega li din kienet xi forma ta’ censura. Dan assolutament mhux minnu, ghax l-ittra kienet istigata mill-fatt li l-Ministeru ried johloq procedura cara u effettiva sabiex fi hdan l-amministrazzjoni tal-Qrati, kull ilment jew talba minn membri tal-Gudikatura, tigi solvuta f`livell l-iktar vicin ghall-Qorti; cioe` l-amministrazzjoni tal-Qorti stess. |
| Upgrading | ta’ swali : Anki dwar il-kaz ta’ l-arja kundizzjonata f’Awla Numru 2, l-Onor. Angelo Farrugia ma kienx korrett. L-apparat mehtieg inxtara izda fuq parir tekniku ma giex stallat, minhabba li l-provvista ta’ l-elettriku ma tiflahx izjed ‘load’. Il-Magistrat Mizzi kien mgharraf b’dawn id-diffikultajiet. Matul dan ix-xahar sar xoghol biex tissahhah il-provvista f’dik il-parti tal-Qorti u mistenni li l-apparat il-gdid jitwahhal sa l-ahhar ta’ Awissu jew bidu ta’ Settembru. Kif inghad qabel, qed tinbena substation gdida li ser tkun tlahhaq mat-talba kollha ghall-elettriku. |
| Mhux minnu lanqas | li ma sar l-ebda ``upgrading``. ``Upgrading`` ta’ arja kondizzjonata sar u sar bi ftehim mal-Prim Imhallef u l-Office of Review. |
L-Onor. Angelo Farrugia semma wkoll il-lifts tal-Qorti. Fil-Qorti hemm tlett lifts. Tnejn jahdmu regolari waqt li l-iehor gratlu hsara madwar xahar ilu u l-Amministrazzjoni hadet mill-ewwel azzjoni biex dan jissewwa. Gara li l-kumpanija li kienet tiehu hsieb dawn il-lifts xoljiet u x-xoghol ta’ din il-kumpanija haduh zewg kumpaniji ohra. Issa trid tinghazel kumpanija minnhom biex tiehu hsieb dan il-lift.
L-Avukat Farrugia jmissu jaf li l-Gvern ftit ghandu kontroll fuq il-kawzi pendenti. Ma kienx l-ewwel darba li l-president tal-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja lmenta dwar id-dewmien biex jigu decizi certi kawzi u l-Gvern ser jibqa’ jaghmel dak kollu possibbli minn naha tieghu, biex in-numru ta’ kawzi pendenti jonqos anki permezz ta` legislazzjoni.
L-Onor. Angelo Farrugia semma wkoll haddiema tal-Qrati mdejjqa. Il-fatti juru mod iehor. Fl-ahhar tmien xhur, kien hemm minn 2 sa 3 talbiet minn staff ta’ 400 li talbu ghal trasferiment. Il-haddiema tal-Qorti jafu kemm igawdu beneficcji u kemm jaqilghu flus. Huwa veru li jsir xoghol mid-dar imma ta’ dan ix-xoghol il-haddiema jithallsu extra. Naturalment jista` jkun hemm xi hadd li jqarras wiccu ghax id-dixxiplina ma toghgbux.
| Kawzi Pendenti : Il-kelliem | Laburista waqt il-konferenza ta’ l-ahbarijiet quddiem il-Qrati, qal li dawn jinsabu fi stat dizastruz. Il-Ministru Tonio Borg staqsa jekk tnaqqis ta’ 18% fl-ammont ta’ kawzi pendenti, ifissirx dizastru. Fil-fatt bejn l-1998 u din is-sena, in-numru ta’ kawzi pendenti nizel minn 17,430 ghal 14,500. |
| Trasport | tal-Gudikatura : Il-kelliem ta’ l-Oppozizzjoni dwar il-Gustizzja tkellem dwar it-trasport ghall-Gudikatura. Il-kwistjoni tat-trasport dejjem kienet problema. Tul l-amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l-1998, kienet saret proposta biex kull gudikant jinghata karozza li kienet tiswa Lm30,000 ghall-uzu tieghu jew taghha minghajr xufier. Din il-proposta ma gietx accettata mill-Gudikatura. L-amminstrazzjoni 1998-2003 ghamlet proposta biex jigu provduti karozzi ‘leased’ u flimkien mal-karozza kellu jigi produt xufier, haddiem tal-Gvern. Kontra dak li allega l-kelliem ta’ l-Oppozizzjoni, ix-xufiera intbghatu jahdmu mal-gudikanti wara li harget applikazzjoni nterna ghall-haddiema li diga’ kienu jahdmu mal-Gvern f’Ottubru 2001. Dak li allega Dr. Angelo Farrugia li dawn intaghzlu “ghax tal-qalba”, hija falza, tant li kellha terga` tohrog applikazzjoni gdida f’Marzu 2002, ghax mill-ewwel grupp li ntaghzel kienu irrizenjaw ghadd ta’ xufiera. |
| Tajjeb li wiehed | isemmi li l-ispiza totali ghat-trasport fis-sena 2002 kienet ta’ Lm38,902 inqas milli kienet fis-sena 2001. |
Appendici A
A. Tender for the Structural Alterations and additions to the Annex to the Courts of Justice. - Contract Value - Lm122,000 - Actual Cost - Lm82,000
B. Tender for the Architectural Finishing Works to the Family Courts. - Contract Value - Lm200,000 - Estimated Cost - Lm150,000
C. Tender for the Mechanical and Electrical Works to the Family Court. - Contract Value - Lm164,000
D. Tender for the Structural Alterations and Finishing Works to the New Substation at Basement Level of the Main Courts of Justice - Contract Value - Lm21,000
E. Tender for the New Substation and New electrical Switch gear for the Main Courts of Justice and Family Court - Contract Value - Lm28,000
F. Tender for the Supply and Installation of 2 Lifts for persons with disability, one at the Family Court and one at the Main Courts of Justice - Contract Value - Lm21,000
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en