IS-SITWAZZJONI FIL-PITKALIJA
pr981
21/08/2003
| Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent | jagħmel riferenza għal xi kummenti li saru llum minn xi bejjiegħa tal-ħaxix dwar is-sitwazzjoni fil-Pitkalija. |
| Filwaqt li l-Ministeru japprezza li hemm | diffikultajiet fl-operat tal-Pitkalija, irid jingħad li hi l-intenzjoni tal-Ministeru li jara li s-sitwazzjoni fil-Pitkalija tkompli titjieb u hu proprju b’dan il-għan ewlieni li għaddejjin il-preparamenti għar-riforma tal-Pitkalija. |
| Ir-riforma se tinkludi kemm ħinijiet, kif ukoll grading, | cold storage u l-immaniġġjar totali tal-pitkalija. Din ir-riforma se ssir wara li jkun hemm konsultazzjoni mill-aktar wiesa’ u li tinvolvi l-partijiet kollha kkonċernati. Bħala parti minn dan il-proċess tlesta wkoll rapport mill-espert Spanjol li tqabbad mill-Gvern u dan issa qed ikun studjat minn kumitat imwaqqaf apposta. |
| Din il-ġimgħa stess, il-Ministru u s-Segretarju | Permanenti kellhom laqgħa ma’ rappreżentant tal-GRTU fejn matulha kien diskuss it-tibdil meħtieġ fil-Pitkalija, l-aktar dak li se jeffetwa lix-xerrejja. |
| Din ir-riforma qed tkun iffinanzjata fil-parti l-kbira | tagħha mill-fondi tal-protokoll mal-Gvern Taljan. |
| Il-Ministeru jittama li kulħadd jagħti sehmu fi | spirtu pożittiv biex is-sitwazzjoni fil-Pitkalija titjieb u dan fl-aħjar interess ta’ kulħadd. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en