INGENJI GODDA GHAD-DIPARTIMENT TAL-MANIFATTURA U SERVIZZI
pr979
21/08/2003
Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit il-bierah filghodu zar id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi hdan l-istess Ministeru fejn gew inawgurati erba` ingenji godda li nxtraw dan l-ahhar ghall-uzu tad-Dipartiment. Dawn l-ingenji li nxtraw ghas-somma totali ta’ LM55,000 mistennija jintuzaw fid-distretti ghal-xoghol f’diversi lokalitajiet madwar Malta.
| Il-Ministru Ninu Zammit qal li s-sezzjoni | tal-Manifattura u Servizzi ghandha rwol li zzomm f’kundizzjoni tajba l-vetturi kollha wzati mid-Divizjoni tax-Xoghlijiet. Ghalhekk, kompla jghid il-Ministru, f’din is-sezzjoni isiru tiswijiet u manutenzjoni kemm fuq vetturi z-zghar kif ukoll fuq trakkijiet u l-ingenji kollha. |
| Intant, thabbar wkoll li mill-bierah stess beda | process ta’ riorganizzazzjoni fi hdan it-Taqsima tax-Xoghlijiet fejn haddiema li ghal xi raguni jew ohra ma kienux qedghin jigu utilizzati kif suppost bdew ikunu assenjati b’xoghol specifiku ma’ diversi sezzjonijiet. Dan qieghed isir sabiex jitwettaq programm ta’ tindif f’diversi zoni u f’toroq partikolari madwar Malta. Il-Ministru Ninu Zammit spjega li mill-bierah filghodu stess, diversi gruppi ta’ haddiema bdew iwettqu xoghol ta’ tindif u manutenzjoni fi Triq Regjonali, fi Triq Hal-Luqa u anke fit-toroq arterjali tal-Marsa fost l-ohrajn. |
| Ninu Zammit zied jghid li ghalkemm sar hafna progress | fiz-zamma ta’ l-indafa f’pajjizna, fadlilna hafna biex nghidu li ghamilna bizzejjed. Hu appella biex kull individwu jkun iktar konxju mill-indafa. Il-Ministru fakkar li min jinqabad ihammeg jew jarmi skart f’postijiet fejn mhux awtorizzat li jsir disponiment ta’ l-iskart jittiehdu l-passi kollha neccesarji kontrieh. Dan jinkludi multi u anke konfiskar tal-vettura li biha jkun ingarr l-iskart. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en