HERITAGE MALTA TNIEDI SISTEMA TA’ BILJETTI ĠDIDA U TĦABBAR TARIFFI ĠODDA
pr975
18/08/2003
| Heritage Malta – l-aġenzija li tieħu ħsieb il-mużewijiet u s-siti | li kienu jaqgħu taħt id-dipartiment tal-mużewijiet – illum niediet sistema ta’ biljetti ġdida flimkien ma rati ġodda għall-viżitaturi f’dawn is-siti. |
| Meta kien qed jindirizza lill-membri tal-istampa f’konferenza | tal-aħbarijiet, il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett qal li l-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida tal-biljetti flimkien mat-tariffi ġodda kienu proġetti li kienu ilhom għaddejjin. |
| "Din is-sistema l-ġdida tal-biljetti tipprovdi | l-bażi li fuqha l-aġenzija tkun tista’ timplimenta kunċetti ġodda ta’ immaniġġjar għal dawn is-siti," hu qal. "Tipprovdi wkoll il-pjattaforma għal-żviluppi ta’ servizzi oħra bħall-bejgħ tal-biljetti permezz ta` l-Internet li mistenni jibda’ fis-sena 2004." |
| Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura spjega li | minnbarra li ser tipprovdi titjib fis-servizz li jingħataw il-viżitaturi fis-siti ta’ Heritage Malta, is-sistema tal-biljetti kienet neċessarja biex jitnaqqas l-abbuż li kien qed ikun hemm mis-sistema manwali. Hu qal li din is-sistema tipprovdi trasparenza kif ukoll faċilita` biex dak li jkun jista’ jsegwi kull tranżazzjoni li tkun qed issir. |
| Il-Ministru Mugliett iddeskriva is-sistema awtomatika | tal-biljetti bħala proġett importanti fil-proċess biex jiġi immodernizzat l-immaniġġar tas-siti ta’ Heritage Malta. L-għan aħħari ta’ dan il-proċess huwa li dawn is-siti jsiru aktar aċċessibbli filwaqt li tingħata esperjenza aħjar lill-viżitaturi. Waħda mill-azzjonijiet li ttieħdu f’din id-direzzjoni hija l-estensjoni tal-ħinijiet tal-ftuħ fis-sajf. "Fil-futur qarib, ser inkunu qed inħarsu lejn modi ġodda kif nagħmlu l-mużewijiet tagħna aktar attrajenti għall-pubbliku billi ndaħħlu ħinijiet tal-ftuħ innovattivi kif ukoll billi norganizzaw attivitajiet kulturali fil-faċilitajiet tagħna," hu żied. |
| Aspett ieħor ta` l-iżvilupp li qiegħed jsir huwa | t-taħriġ ta` l-impjegati. Il-Ministru stqarr li diġa kien reġistrat progress fid-diskussjonijiet dwar il-ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-aġenzija. |
| Il-Ministru Mugliett żvela ukoll li Heritage Malta | bdiet studju biex issib kif l-aħjar tista’ ttejjeb is-siti storiċi u l-mużewijiet tagħha biex tittejjeb l-esperjenza għall-viżitaturi. Fi ftit żmien ieħor, Heritage Malta ser tkun qed tinvesti biex ittejjeb wkoll il-preżentazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dawn kollha. Hu żied li fix-xhur li ġejjin ser jinbdew ukoll numru ta’ proġetti kapitali li tassew jagħmlu ġieħ lill-potenzjal u r-rikkezza tar-riżorsi kulturali ta’ Malta. |
| Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura qal li | minbarra żviluppi importanti bħal dawn, Heritage Malta qed tinvesti sew fit-titjib ta’ siti li jaqgħu taħtha bħar-Roman Domus fir-Rabat. Hu żied li reċentement, l-aġenzija irnexxielha tiġbed ukoll kumpaniji privati biex jassistu f’titjib f’mużewijiet bħall-Mużew Nazzjonali ta` l-Arti. |
| Il-fażi tal-makni tal-biljetti li tniediet illum it-Tnejn, | hija l-ewwel minn tlett fażijiet. Din ser tqum mal-Lm100,000 li ser jinħarġu kollha mill-fondi kapitali ta’ Heritage Malta. |
| L-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida ser tibda fl-uffiċini | ta’ Heritage Malta u l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeologija, filwaqt li ser jiżdiedu l-Mużew tal-Gwerra u l-Armerija tal-Palazz fil-ġimgħat li ġejjin. Is-sistema ser tiddaħħal gradwalment fis-siti l-oħra fix-xhur li ġejjin. Għall-ewwel, kull sistema f’kull sit jew mużew ser titħaddem indipendentement. Il-fażi ta’ żvilupp li jmiss ser tgħaqqad dawn is-sistemi kollha ma xulxin ma` l-uffiċini ta’ Heritage Malta. |
| Intant, matul l-istess konferenza ta` l-aħbarijiet, | Heritage Malta ħabbret it-tariffi l-ġodda tagħha li kienu ippubblikati f’Avviż Legali 205 tal-2003 li inħareġ fl-14 t’Awissu. |
| Meta kien qed jitkellem aktar tard matul l-istess | konferenza, il-Ministru Mugliett qal li t-tariff l-ġodda jirriflettu s-sitwazzjoni li teżisti barra minn Malta u huma kumparabbli ma dawk tal-parti l-kbira tal-mużewijiet u siti arkeoloġiċi fl-Ewropa. |
| "Id-dħul mill-mużewijiet u s-siti ta’ | Heritage Malta jerġa jiġi reinvestit fi proġetti li għandhom l-għan li jtejjbu dawn l-istess faċilitajiet," hu qal. |
| Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura qal li l-ebda | waħda mit-tariffi l-ġodda ma hija għolja u dawn mhux mistennija jkollhom effett negattiv fuq in-numru ta’ viżitaturi. |
| Skond l-Avviż Legali ippubblikat il-ġimgħa l-oħra, | it-tariffi għall-adulti baqgħu kif kienu, jiġifieri Lm1, filwaqt li l-ħlas għal tfal bejn it-13 u it-18–il sena sar ta’ 50 ċenteżmu. L-anzjani ta’ ’l fuq minn sittin sena iħallsu 50ċ ukoll. Studenti li jippreżentaw cards ISIC u EURO 26 flimkien ma dawk li għandhom ICOM card ser iħallsu 50ċ. Tfal taħt it-tnax-il sena jidħlu bla ħlas. |
| Hemm rati differenti għal żjarat fl-Ipoġew ta’ | Ħal Saflieni. Hemm ukoll rati speċjali imraħħsa għal min iżur aktar minn sit wieħed f’Għawdex. |
It-tariffi l-ġodda ser jibdew jitħaddmu mil-lum.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en