LM250,000 F’SUSSIDJI GĦAL DWIELI F’PAJJIŻNA
pr974
18/08/2003
| “Bi skemi li kienu ntrodotti | s-sena l-oħra, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed jgħin lis-settur agrikolu kemm finanzjarjament kif ukoll permezz ta’ arranġamenti ta’ ġemellaġġ ma’ wħud mill-aqwa stituti tal-vitikultura fl-Italja. Dawn l-arranġamenti huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u permezz tagħhom qed jinbena l-qafas biex dan is-settur ikollu l-aqwa għajnuna teknika u fl-istess waqt ikun żgurat li l-prodott Malti jkun ta’ l-aqwa kwalita`”. |
| Dan | qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent l-Onor. George Pullicino f’diskors tal-okkażjoni waqt it-tnedija ta’ inbid ġdid ‘Atlantis’ mill-kumpanija Marsovin. |
| George | Pullicino qal li l-Unjoni Ewropea qed tenfasizza ħafna fuq l-importanza tal-kwalita’ tal-prodotti u dan kien rifless ukoll fir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni, magħrufa bħala l-CAP, li kienet imħabbra mill-Kummissjoni Ewropea aktar kmieni din is-sena. Bir-riforma li saret, is-sussidji mhux ser jibqgħu jingħataw esklussivament fuq kriterji ta’ produzzjoni, iżda ser tingħata importanza kbira kemm lill-kwalita’ kif ukoll lit-titjib u l-iżvilupp ta’ l-ambjent rurali. |
| Dan | għandu jservi ta’ inċentiv għall-agrikoltura ta’ pajjiż żgħir bħal Malta fejn il-produzzjoni hi limitata minħabba art ristretta. |
| Hu | ħabbar li sa’ issa l-art li fuqha qed jitkabbru d-dwieli telgħet għal madwar sitt mitt ettaru, jiġifieri ’l fuq minn 5,400 tomna, u dan għandu jkompli jiżdied fix-xhur li ġejjin. Hu qal li sa’ ftit taż-żmien ilu, l-art għad-dwieli kienet tlaħħaq it-360 ettaru. L-għan tal-Gvern hu li din l-art tibda tlaħħaq l-elf ettaru jew aktar. Il-Ministru Pullicino qal li l-bdiewa li għandhom dwieli għall-ipproċessar żdiedu għal 3,543. Dan ukoll huwa ferm pożittiv għaliex kienu ftit dawk il-bdiewa li kienu jkabbru varjetajiet speċifiċi ta’ għeneb li jmur kollu għall-produzzjoni ta’ l-inbid. |
| Dawn | il-figuri jikkonfermaw ukoll kemm il-bdiewa Maltin qed jilqgħu tajjeb l-inċentivi li qed jiġu offruti lilhom. Mill-bidu ta’ din is-sena, sa’ l-aħħar tax-xahar li għadda l-Gvern ta 'l fuq minn Lm250,000 f’sussidji għal dwieli, li minnhom Lm150,000 marru għal dwieli ġodda. |
| Il-Ministru | George Pullicino qal li bħala ghajnuna lil dan is-settur ser jinbeda wkoll program ta’ tagħrif għall-konsumaturi lokali li għandu l-għan ewlieni li jippromwovi l-inbid lokali. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en