Left arrow Go Back

RELAZZJONIJIET MILL-AQWA BEJN MALTA U L-ITALJA

pr970
Date Icon 13/08/2003
Il-Ministrugħat-Turiżmu, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li okkażjonijiet bħal dik ta’ Miss Italia nel Mondo bil-parteċipazzjoni ta’ kontestanta Maltija kienu ta’ kontribut biex Malta tkun aktar magħrufa fil-pajjiż ġirien u ħabib tagħna l-Italja. Dan qalu meta kien preżenti għal żjara li Sara Spiteri, li se tirrapreżenta lil Malta fil-konkors Miss Italia nel Mondo, għamlet lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann
Huwaqal li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Italja minn dejjem kienu tajbin u ssaħħu wara li  pajjiżna kiseb l-Indipendenza. Hu qal li waħda mill-ewwel erba’ ambaxxati li fetaħ pajjiżna kienet f’Ruma. Hu qal li pajjiżna dejjem sab fl-Italja pajjiż sabiħ li appoġġatna sew fl-inizjattivi li ħadna f’fora internazzjonali kif ukoll biex ilħaqna miri mportanti bħal dik tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

L-Onor. Francis Zammit Dimech qal li r-relazzjonijiet ma’ l-Italja jissarfu wkoll sew fil-kummerċ kif ukoll fit-turiżmu u fil-protokolli finanzjarji li permezz tagħhom setgħu jitwettqu diversi proġetti importanti għall-pajjiż. Hu fakkar li fl-aħħar protokoll fejn l-Italja qed tagħti lil Malta għotjiet ta’ Lm30 miljun parti sostanzjali minnhom se jiġu dedikati għat-toroq. Il-bini ta’ toroq ġodda jwassal biex il-pajjiż ikun aktar modern u ta’ attrazzjoni akbar għat-turiżmu. 

Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li l-Italja kienet wieħed mis-sħab ewlenin ta’ pajjiżna sew fil-kummerċ kif ukoll fit-turiżmu. Fis-settur turistiku l-Italja żammet postha bħala t-tielet pajjiż li l-aktar li jiġu turisti minnu. In-numru ta’ turisti li jżuru pajjiżna mill-Italja kiber gradatament fl-aħħar seba’ snin minn 89,439 fl-1996  għal 100,875 is-sena l-oħra.
F’dakli hu kummerċ l-Italja ukoll kienet sieħeb importanti ħafna. Il-kummerċ ma’ dan il-pajjiż – l-importazzjoni u l-esportazzjoni flimkien – kiber  minn Lm230 miljun fl-1998 għal Lm270 miljun fl-2001.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li pajjiżna kellu sistemi tajbin ta’ komunikazzjoni ma’ l-Italja sew bil-baħar kif ukoll bl-ajru. Dan kien qed iwassal biex sew il-Maltin kif ukoll it-Taljani jżuru aktar spiss liż-żewġ pajjiżi u hekk joktru r-relazzjonijiet ta’ bejnietna.
FrancisZammit Dimech żied jgħid li fiż-żjarat tagħna fl-Italja ridna nagħmlu ħilitna biex inkunu ambaxxaturi denji ta’ pajjiżna. Filwaqt li l-Ministru feraħ lil Sara Spiteri li ser tirrapreżenta lil Malta f’Miss Italia nel Mondo u awguralha suċċess,  appella lil Maltin kollha biex ikomplu juru l-ospitalita’ li tant aħna magħrufa għaliha mal-barranin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow