L-IMPORTANZA TAS-SETTUR PRIVAT BIEX JIMTELA L-KALENDARJU KULTURALI MALTI
pr965
12/08/2003
| Is-sehem tal-privat biex jimtela l-kalendarju ta' attivitajiet kulturali | f'Malta qiegħed jikber u qiegħed isir dejjem aktar importanti. |
| Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, | l-Onor. Jesmond Mugliett qal dan waqt li kien qed jindirizza konferenza ta` l-aħbarijiet matul tnedija ta` l-ewwel “Malta Tango Milonga Festival” li ser isir fil-Ġonna tal-Barrakka ta' Fuq bejn it-Tnejn, 25 u l-Ħadd 31 t' Awissu. Din l-attivita` qed tkun orgnizzata mill-grupp taż-żfin Malti, Isla del Tango. |
| Iż-żfin matul dan il-festival ser ikun | Tango Arġentin li huwa distint mit-Tango Ewropew. Dan it-tip ta' żfin ġie ddikjarat bħala Wirt Dinji mill-UNESCO. |
| Minbarra żewġt iljieli li ser jinkludu | anke kunċert mużikali minn kwintett ta' mużiċisti Arġentini, il-Malta Tango Milonga Festival ser iġib żeffiena u anke 'maestros' barranin biex jieħdu sehem f'workshops matul l-ewwel erbat ijiem ta' l-attivita'. |
| F'diskors qasir, il-Ministru Mugliett qal | li qiegħda tispikka d-diversita` u l-innovazzjoni fl-avvenimenti kulturali li qed jittellgħu f'pajjiżna. Huwa qal li bosta organizzazzjonijiet privati qed jitgħallmu jorganizzaw attivitajiet ta' livell għoli fuq inizjattiva tagħhom. Hu żied li ħafna minn dawn qed jiskopru postijiet ġodda fejn jorganizzaw l-attivitajiet, kif ukoll qed iġibu arti aktar varjata lejn xtutna. |
| Il-Perit Mugliett kompla jgħid li l-Gvern | m'għandux jassumi r-rwol li jorganizza kollox hu, iżda għandu jagħti l-għajnuna kollha - permezz tal-Ministeru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura u anke permezz tal-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti - biex inizjattivi bħal din ta' Isla del Tango jkunu suċċess. |
| "Huwa għalhekk żvilupp pożittiv ħafna | li qed ikollna aktar organizzazzjonijiet privati jieħdu interess biex iniedu avvenimenti bħal dawn, speċjalment meta dawn l-avvenimenti jkunu jinkludu żfin jew drama - żewġ oqsma kulturali li sfortunatament jnaqqsu xi ftit mir-ritmu tagħhom matul is-sajf," żied il-Ministru Mugliett. |
| Huwa temm jgħid illi n-nies huma dawk li | jagħmlu l-kultura u permezz ta' inizjattivi bħal dawn qed nuru li Malta għandha l-ingredjenti kollha meħtieġa biex fil-futur tkun tista' tniedi Festival ta` l-Arti. Huwa awgura li dan jwassal għal aktar viżibilita` għall-kultura tagħna barra minn xtutna. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en