INĦARSU LEJN IL-BELT VALLETTA MINN ERBA’ ASPETTI DIFFERENTI
pr944
01/08/2003
| Meta kien qed | jinawgura Café’ deux Baronnes fil-Belt Valletta, il-Ministru tat-Turizmu, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li l-Belt Valletta rridu nħarsu lejha minn erba’ aspetti differenti: residenzjali, amministrattiva, kummerċjali u turistika. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li minkejja li l-popolazzjoni tal-kapitali ta’ pajjiżna qed tonqos xorta għadhom jgħixu fiha eluf ta’ familji. Il-Gvern ħaseb biex dawn jgħixu fi djar jew appartamenti li jkunu jaqblu mal-kundizzjonijiet tal-lum. Għalhekk minbarra li bena blokki ta’ appartamenti ħa ħsieb li jirristruttura appartamenti qodma. Ħa ħsieb ukoll li r-residenti tal-belt ikollhom f’nofshom il-ħtiġiet ta’ kuljum. |
| Francis | Zammit Dimech qal li l-belt Valetta kienet ukoll iċ-ċentru amministrativ tal-pajjiz fejn hemm il-Palazz Presidenzjali, l-Uffiċju tal-Prim Ministru, il-Parlament kif ukoll għadd ta’ Ministeri u dipartimenti tal-Gvern. Hu qal li l-palazzi, bereġ u djar fejn hemm dawn l-istituzzjonijiet ġew ristrutturati, saret ħidma ta’ restawr u ġew modernizzati. |
| Hu | qal li fil-Palazz Presidenzjali qed issir ħidma kontinwa biex ġew restawrati swali, affreski u pittura antika, biex il-bitħa tal-palazz ingħatat d-dehra imponenti li kellha fl-imgħoddi u biex sar xogħol ħalli ma ssirx ħsara fl-istruttura. Hu qal li xogħol kbir ta’ restawr sar fil-bereġ ta’ Kastilja, ta’ l-Italja u ta’ Aragona. Fakkar li bħalissa kienet qed tkun restawrata l-berġa tal-Baviera. Saret ukoll ħidma biex Palazzo Parisio, il-Ministeru ta’ l-Afarijiet Barranin, jingħata d-dehra oriġinali tiegħu sew minn ġewwa kif ukoll minn barrra. |
| Il-Ministru | tat-Turizmu qal li l-belt Valletta kienet ukoll ċentru kummerċjali tal-pajjiz fejn matul il-ġurnata tkun bejta ta’ attivita’. Hu qal li ma kenitx b’kumbinazzjoni li fl-aħħar snin fetħu fil-belt Valletta ċentri ta’ ħwienet, cinemas, ristoranti u postijiet ta’ divertiment. Hu qal li l-importanza tal-belt bħala ċentru kummerċjali hi konfermata mill-fatt li azjendi ewlenin ifittxu palazzi u djar fil-belt minn fejn imexxu n-negozji tagħhom. |
| Francis | Zammit Dimech semma li l-aspett kummerċjali tal-Belt issaħħah bir-ritorn lejn il-kapitali tad-Dwana u tas-Sea Passenger Terminal. Hu qal li dan l-aspett se jkompli jissaħħah darba jitlesta l-Cruise Liner Passenger Terminal li kien miexi skond kif ippjanat, is-Sea Passenger Terminal il-ġdid u għadd ta’ proġetti oħra li joħorġu l-istorja u s-sbuħija tal-belt u li jistgħu jagħtu wkoll sehem biex jikber il-kummerc fil-kapitali. |
| Francis | Zammit Dimech qal li aspett ieħor tal-belt kien dak turistiku. Hu qal li ftit kien hawn bliet imdawwra bis-swar fid-dinja li kienu jiġbru fihom il-wirt storiku u kulturali li fiha l-belt Valletta. Kien dan il-Gvern li fl-1988 waqqaf il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-belt Valletta. Hu fakkar li kemm ilu mwaqqaf dan il-Proġett kienu investiti qrib il-Lm5 miljun f’restawr fil-Kon Katidral ta’ San Gwann, fil-Palazz Presidenzjali, knejjes, bereġ, palazzi u bini storiku ieħor. Il-Progett għar-Riabilitazzjoni tal-belt Valletta kien qiegħed bħalissa jirriabilita t-tliet ġonna ewlenin tal-belt Valletta: il-ġonna tal-Barrakka t’Isfel u tal-Barrakka ta’ Fuq u Hastings. Hu qal li proġett ieħor li kien se jwettaq dan il-Proġett kien dak tal-pavimentazzjoni ta’ Triq il-Merkanti u l-parti ta’ Triq San Gwann bejn Triq il-Merkanti u Triq ir-Repubblika. |
| Il-Ministru | tat-Turizmu fakkar li l-Gvern kien investa wkoll qrib it-Lm3 miljun f’xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi u Lm4.5 miljun biex ġie riabilitat u restawrat il-Kavallier ta’ San Gakbu. Hu qal li l-htiġiet tal-belt huma kbar ghaliex din kienet ċentru ta’ storja li ried jitħares u li biex jinzamm fi stat tajjeb kien meħtieġ investiment qawwi. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li kien ta’ pjaċir għalih jinawgura il-Café Deux Baronnes, post ġdid li kien se jagħti servizz lill-Malti u lit-turisti u li għalhekk kien se jżid ħolqa oħra fil-katina ta’ postijiet ta’ catering u divertiment li bejniethom jagħtu l-ħajja lill-belt kapitali ta’ pajjiżna. Francis Zammit Dimech qal li postijiet bħal dawn kienu ta’ kontribut kbir għas-settur turistiku. Hu qal li f’pajjiżna qatt ma naqsu l-imprendituri f’dan il-qasam hekk importanti. Fakkar li mingħajr dawn in-nies is-settur turistiku mhux talli ma kienx imur ‘il quddiem iżda anqas kien iżomm dak li għandu. |
| Il-Ministru | qal li kien jieħu gost jinnota li wara diversi snin li minħabba diversi raġunijiet is-settur turistiku kien qed inaqqas issa bdejna nirpiljaw minn dik il-qagħda. Hu qal li minn ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-istatistika jirriżulta li fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kien hemm zieda ta’ 8,599 turist jew ta’ 2.3 fil-mija fuq l-istess perijodu s-sena l-oħra. Hu qal li l-istess ġara fis-settur ta’ turisti fuq cruise liners fejn fl-ewwel ħames xhur tas-sena n-numru ta’ passiġġieri li ġew pajjiżna kien ta’ 77,732 jew 4,648 aktar. Hu qal li kien jawgura li ċ-ċifri nkoraġġanti ta’ l-ewwel ħames xhur tas-sena ikomplu ikunu konfermati tul is-seba’ xhur l-oħra biex hekk ikollna sena tajba. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Diemch qal li għal ħafna stranjieri li jżuruna pajjiżna m’għadux aktar destinazzjoni bħall-bqija tad-destinazzjonijiet l-oħra. Hu qal li pajjiżna sar esperjenza għal dawk li jridu jkunu jafu aktar dwar l-istorja u l-kultura tagħna, għal dawk li jitgħallmu l-Ingliż, għal min irid jorganizza konferenzi, għal dawk li jridu jtejjbu d-dixxipplini sportivi tagħhom, għal dawk li jridu jagħmlu ħarġiet fil-kampanja u jaraw r-rikezzi kbar ta’ fawna u flora li hawn f’pajjiż żgħir bħal tagħna. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li marbuta ma’ dawn hemm l-infrastruttura turistika: il-lukandi, ristoranti, cafes, postijiet ta’ divertiment. Hu qal li l-ftuħ ta’ dan il-café ġdid kien se jkompli jsaħħah din l-infrastruttura li tgħin biex inkomplu nkabbru dak li diġa għandna. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en